EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC0213(03)

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

ĠU C 36, 13.2.2010, p. 11–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 36/11


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 36/09

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni.

SOMMARJU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ESTEPA”

Nru KE: ES-PDO-005-0341-16.04.2004

DPO ( X ) IĠP ( )

Dan is-sommarju jippreżenta l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal finijiet informattivi biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat membru:

Isem:

Subdirección General de Calidad Agroalimentaria y Agricultura Ecológica. Dirección General de Industrias y Mercados Alimentarios. Secretaría General de Medio Rural. Ministerio de Medio Ambiente y Medio Rural y Marino

Indirizz:

Paseo Infanta Isabel, 1

28071 Madrid

ESPAÑA

Tel.

+34 913475394

Feks

+34 913475710

Posta elettronika:

2.   Grupp:

Isem:

Oleoestepa, Sociedad Cooperativa Andaluza. Puricon, Sociedad Cooperativa Andaluza y Sierra del Aguila, Sociedad Limitada

Indirizz:

Calle Estepa, 12

41564 Lora de Estepa (Sevilla)

ESPAÑA

Tel.

+34 954829098

Feks

+34 954829069

Posta elettronika:

Kompożizzjoni:

3.   Tip ta' prodott:

Żejt taż-żebbuġa extra verġni. – Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.).

4.   Speċifikazzjoni tal-prodott:

(sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem il-prodott:

“Estepa”

4.2.   Deskrizzjoni:

Tliet tipi ta' żejt taż-żebbuġa extra verġni, miksub minn żebbuġ (Olea Europea, L) tal-varjetajiet li ġejjin:

Hojiblanca, Arbequina, Manzanilla, Picual u Lechín de Sevilla

Hojiblanca u Arbequina

Hojiblanca

Iż-żjut koperti bid-Denominazzjoni tal-Oriġini jeħtieġu li jkunu extra verġni u li wara l-maturazzjoni f'kantini, ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

Il-medja ta' kontenut ta' frott: Ta' 4,5 jew iktar

 

Aċidità: Sa massimu ta' 0,3.

 

Kontenut ta' perossidu: Massimu ta' 15

 

Assorbiment tar-raġġi ultravjola (K270): Massimu ta' 0,18 milli-ekwivalenti ta' ossiġnu attiv għal kull kilogramm ta' żejt.

 

Antiossidanti naturali

Polifenoli ((% aċidu cafeico):

massimu: 611 ppm (mg/kg)

minimu: 405 ppm (mg/kg)

 

Imrar (K225): ≤ 0,3 nm

 

Stabbiltà ossidattiva (RANCIMAT): espressa f'sigħat (f'100 °C u fluss ta' arja ta' 10 l/h)

 

massimu: 92,5

 

minimu: 43,6

 

Konċentrazzjoni ta' klorofili u karoteni (mg/kg = ppm)

 

Klorofili

Karoteni

massimu:

23,25

10,94

minimu:

7,17

6,42

 

Proporzjon tal-perċentwali Aċidu olejku/Aċidu linolejku massimu: 13,82 minimu: 4,54

 

Proporzjon ta' Aċidi grassi Monounsaturated/Aċidi grassi polyunsaturated massimu: 12,51 minimu: 4,47

Tocopherols (mg/kg = ppm):

Totali ta' Tocopherols

Alfa

Beta

Gamma

Delta

massimu:

295,7

286,1

3,0

10,3

0

minimu:

261,1

254,1

1,1

1,0

0

 

Min-naħa l-oħra, il-kulur taż-żejt jista' jvarja bejn 2/3 – 3/3 – 2/4 – 3/4 – 2/5 – 3/5 fuq l-iskala tal-BTB (Bromothymol blue).

Bħala riżultat tal-qtugħ bikri, fil-profil ta' dawn iż-żjut wieħed japprezza kontenut ta' frott li ġeneralment ikun f'livell ta' bejn żebbuġa ħadra u waħda matura, u fejn jispikka l-element aħdar tipiku tal-qtugħ bikri.

Iż-żjut koperti jkollhom karatteristiċi differenti skont il-varjetajiet;

Hojiblanca, Arbequina, Manzanilla, Picual u Lechín de Sevilla

Il-perċentwal ta' rappreżentanza ta' dawn il-varjetajiet fiż-żejt huwa ta' mill-inqas 50 % ta' żejt taż-żebbuġa extra verġni tal-varjetà Hojiblanca, bejn 20 % u 30 % tal-varjetà Arbequina u sa 5 % ta' taħlita tal-bqija tal-varjetajiet (Manzanilla, Picual u Lechin de Sevilla).

Dan jippreżenta kontenut ta' żebbuġ b'intensità medja li huwa iktar aħdar milli matur. L-imrar u t-togħma pikkanti huma karatteristiċi taż-żjut miksuba fil-bidu tal-istaġun.

Xema': Bejn 80 u 150 ppm

Hojiblanca u Arbequina

Il-perċentwal ta' rappreżentanza ta' dawn il-varjetajiet fiż-żejt ikun bejn 40 % u 60 % ta' żejt taż-żebbuġa extra verġni tal-varjetà Hojiblanca, u bejn 40 % u 60 % tal-varjetà Arbequina.

Dan jippreżenta aromi u togħma ta' frott frisk u/jew matur, kontenut taż-żebbuġ aħdar u bi ħjiel ta' maturazzjoni medja. L-imrar u t-togħma pikkanti huma karatteristiċi taż-żjut miksuba fil-bidu tal-istaġun.

Xema': Bejn 50 u 80 ppm

Hojiblanca

Il-perċentwal ta' rappreżentanza ta' dawn il-varjetajiet fiż-żejt ikun ta' 100 % ta' żejt taż-żebbuġa tal-varjetà Hojiblanca.

Dan jippreżenta aromi u togħma ta' frott frisk u/jew matur, kontenut taż-żebbuġ aħdar u b'riħa u togħma ta' ħaxix frisk. L-imrar u t-togħma pikkanti huma karatteristiċi taż-żjut miksuba fil-bidu tal-istaġun.

Xema': Bejn 40 u 70 ppm

4.3.   Żona ġeografika:

Tinkludi ħdax-il muniċipalità tal-provinċja ta' Sevilla: Aguadulce, Badolatosa, Casariche, Estepa, Gilena, Herrera, Lora de Estepa, Marinaleda, Pedrera, La Roda de Andalucía u El Rubio, u muniċipalità waħda fil-provinċja ta' Córdoba: Puente Genil speċifikament fiż-żona magħrufa bħala Miragenil.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Iż-żebbuġ għandu jigi minn imsaġar taż-żebbuġ li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni u mill-varjetajiet awtorizzati.

Iż-żejt jinkiseb minn mgħasar u stabbilimenti tal-ippakkjar irreġistrati u li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni, f'kundizzjonijiet li jiggarantixxu l-aħjar preżervazzjoni taż-żejt.

Il-provenjenza taż-żejt taż-żebbuġ extra verġni miksub u mbagħad maħżun tista' tintwera permezz tar-reġistru tal-produzzjoni, li jinkludi ukoll id-data, il-ħin u elementi użati fil-proċess tal-produzzjoni.

Jitwettqu analiżi fiżiko-kimiċi u organolettiċi tal-prodott sabiex tiġi ggarantita l-kwalità tiegħu. L-analiżi fiżiko-kimiċi għandu jkollhom bħala parametri dawk id-dettalji msemmijin fid-deskrizzjoni tal-prodott.

Iż-żejt ta-żebbuġa extra verġni li jgħaddi mill-kontrolli kollha ta' matul il-proċess biss għandu jiġi ppakkjat u mqiegħed fis-suq bil-garanzija tal-oriġini, bil-garanzija mogħtija bit-tikketta ta' wara bin-numru tal-Bord Regolatorju.

4.5.   Metodu ta’ produzzjoni:

Fil-biċċa l-kbira tiegħu, it-tħawwil tradizzjonali jsir f'fillieri djagonali, 12 × 12. L-imsaġar il-ġodda b'densitajiet ikbar, għandhom oqfsa ħafna iżgħar. Ix-xogħol ta' fertilizzazzjoni għandu jsir fix-xitwa, wara li jinqata' ż-żebbuġ. Minħabba l-intensifikazzjoni tat-tħawwil, it-tisqija żdiedet b'mod sinifikattiv. L-impjanti tat-tisqija huma kważi kollha kemm huma sistemi lokalizzati. Il-forma tas-siġra taż-żebbuġ għandha tiġi ddeterminata mit-tipi ta' żabra li jsirulha, billi jinqatgħu biċċiet kbar ta' njam miz-zokk, magħrufa bħala “poda de cabeza” (żabra tar-ras) u “poda racional” (żabra razzjonali). Il-prodotti fitosanitarji awtorizzati għandhom jirrispettaw il-fawna utli u ma jħallux fdalijiet ta' frott taż-żebbuġ.

Il-qtugħ bikri għandu jsir b'attenzjoni direttament mis-siġra billi jintużaw il-metodi tradizzjonali, jiġifieri billi jitheżżu z-zokk u l-friegħi u jinġabar iż-żebbuġ minn magħhom bl-idejn. It-trasport tal-frott għandu jsir dejjem fi kwantitajiet kbar, permezz ta' trejlers f'kontenituri riġidi. L-għasir isir fi mgħasar irreġistrati u fi żmien 24 siegħa minn meta jsir il-qtugħ. Il-fażijiet tal-proċess ta' preparazzjoni huma: Tindif u ħasil taż-żebbuġ. L-għasir. It-tħaddim tal-pasta. Is-separazzjoni tal-fażijiet. It-tferrigħ minn kontenitur għal ieħor (dekantazzjoni). Il-ħżin sakemm jasal il-waqt tal-ippakkjar. Trasport fi kwantitajiet kbar u l-ippakkjar.

4.6.   Rabta:

Il-kwantità kbira ta' siġar taż-żebbuġ fuq dan it-tip ta' art hija dovuta għal azzjonijiet li jinħolqu f'dan it-tip ta' ħamrija bil-ġir, li jwaqqaf milli jiżdied il-kontenut ta' ħadid fis-siġar, u jżomm l-ilma aħjar, li għalhekk jippermetti umdità ogħla fi żmien in-nixfa għas-siġar li jinsabu f'din iż-żona. Dan jirriżulta f'siġar taż-żebbuġ differenti, b'karatteristiċi partikolari li minnu ovvjament jiġi prodott żejt b'karatteristiċi partikolari.

Finalment, permezz ta' studji li saru f'dan ir-rigward, ġie pprovat li dan it-tip ta' ħamrija jippermetti konċentrazzjoni ogħla ta' antiossidanti speċjali mill-aspett nutrizzjonali li huma t-tocopheroles, speċjalment l-α-tocopherol li għandu l-ogħla proporzjon fil-kontenut (> 95 %).

Fattur intrinsiku u karatteristiku ieħor taż-żjut tagħna huwa l-klimatoloġija lokali, li hija nieqsa mill-ilma fir-reġjun ta' Estepa. Dan in-nuqqas ta' ilma jaffettwa l-imrar (K225) taż-żejt prodott miż-żebbuġ ta' dan ir-reġjun, għaliex dan itiegħem iktar minn dak fi żjut prodotti f'żoni oħra.

In-nuqqas ta' nżul ta' xita jżid ukoll il-livell ta' antiossidanti naturali.

Il-fatt li fir-reġjun ta' Estepa teżisti preżenza qawwija ta' żebbuġ maħsub għall-użu fuq il-mejda, madwar 30 % tal-produzzjoni totali, jikkawża l-qtugħ bikri tal-bqija taż-żebbuġ, bir-riżultat li ż-żjut jiksbu kwalitajiet differenti kemm mill-aspett kimiku kif ukoll dak organolettiku.

Fir-reġjun ta' Estepa, dan il-qtugħ bikri jbiddel il-karatteristiċi taż-żjut tagħna għaliex:

Huma iktar rikki fil-komponenti fenoliċi.

Huma iktar morri fil-kwalitajiet organolettiċi, u din hija karatteristika taż-żjut prodotti fil-bidu tal-istaġun.

Għandhom stabbiltà ossidativa ogħla.

Għandhom konċentrazzjoni ta' pigmenti li hija ogħla fiż-żejt taż-żebbuġ, speċifikament fil-klorofili u l-karoteni.

Hemm tibdil fil-kompożizzjoni li normalment jikkonsisti f'żieda tal-aċidu linolejku filwaqt li l-kontenut tal-aċidu olejku normalment jibqa' l-istess, u minħabba f'hekk jonqos il-proporzjon ta' grassi monosaturated/polisaturated.

B'hekk il-varjazzjoni tal-kontenut ta' polifenoli u l-istabbiltà huma marbutin maż-żmien tal-qtugħ.

4.7.   Organu ta’ spezzjoni:

Isem:

Consejo Regulador de la Denominación de Origen «Estepa»

Indirizz:

Polígono Industrial Sierra Sur: Edificio Centro de Empresas s/n

41560 Estepa (Sevilla)

ESPAÑA

Tel.

+34 955912630

Feks

+34 955912630

Posta elettronika:

L-organu ta' spezzjoni jikkonforma mal-istandard EN-45011.

4.8.   Tikkettar:

Fuq it-tikketti u t-tikketti ta' wara għandha tidher b'obbligu l-kitba: Denominazzjoni tal-Oriġini «Estepa».

It-tikketti kummerċjali ta' kull ditta kummerċjali rreġistrata għandhom jiksbu l-approvazzjoni tal-Bord Regolatorju.

Kwalunkwe tip ta' ppakkjar li fih jitqiegħed iż-żejt għall-konsum jeħtieġ li jkollu siġill ta' garanzija, tikketta jew tikketta fuq in-naħa ta' wara nnumerata u maħruġa mill-Consejo Regulador, li tindika l-Manwal tal-Kwalità u Proċeduri, u li għandha titwaħħal fil-maħżen, fil-magħsar jew fl-impjant tal-ippakkjar irreġistrat rispettiv u dejjem b'mod li ma tkunx jista' terġa' tintuża.


Top