EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/036/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5717 – The Stanley Works/The Black & Decker Corporation) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 36, 13.2.2010, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 36/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5717 – The Stanley Works/The Black & Decker Corporation)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 36/08

1.

Fil-5 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Stanley Works (“Stanley”) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Black & Decker Corporation (“Black & Decker”).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Stanley: manifattur globali primarjament ta' għodda tal-idejn u soluzzjonijiet maħduma għal użu industrijali, ta' kostruzzjoni, do-it-yourself (DIY), u soluzzjonijiet ta' sigurtà għal applikazzjonijiet kummerċjali,

għal Black & Decker: manifattur globali li jforni għodda u aċċessorji tal-elettriku, hardware u prodotti għad-dar u għal ġnien, u sistemi bbażati fuq rbit u mmontar.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5717 – The Stanley Works/The Black & Decker Corporation, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top