EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/036/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5669 – Cisco/Tandberg) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 36, 13.2.2010, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 36/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5669 – Cisco/Tandberg)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 36/07

1.

Fit-8 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Cisco Systems Inc., (“Cisco Systems”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Tandberg ASA (“Tandberg”, in-Norveġja u l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta' xiri ta' offerta pubblika mħabbra fl-1 ta’ Ottubru 2009.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Cisco Systems: hi attiva madwar id-dinja fl-iżvilupp u l-bejgħ ta' prodotti ta' netwerking għall-Internet. Cisco tfassal, timmanifattura u tbiegħ netwerking ibbażat fuq Internet Protocol (IP) u prodotti relatati mal-industrija tal-komunikazzjonijiet u tat-teknoloġija tal-informazzjoni. L-offerti tagħha jinkludu soluzzjonijiet għal komunikazzjonijiet bil-vidjo ta' kwalità għolja ta' tip “immersive”,

Tandberg: toffri firxa vasta ta' soluzzjonijiet għal komunikazzjonijiet bil-vidjo inklużi sistemi “immersive” għal kmamar apposta, sistemi għal kmamar tal-konferenzi għal finijiet differenti, u sistemi ta' konferenza vidjo personali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5669 – Cisco/Tandberg, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top