EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0478

Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika: KE u New Zealand *Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea fuq in-naħa l-waħda u l-Gvern ta' New Zealand fuq in-naħa l-oħra (COM(2008)0170 — C6-0292/2008 — 2008/0066(CNS)

ĠU C 15E, 21.1.2010, p. 93–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 15/93


It-Tlieta, 21 ta' Ottubru 2008
Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika: KE u New Zealand *

P6_TA(2008)0478

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea fuq in-naħa l-waħda u l-Gvern ta' New Zealand fuq in-naħa l-oħra (COM(2008)0170 — C6-0292/2008 — 2008/0066(CNS))

2010/C 15 E/21

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0170),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 170 u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0292/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0367/2008),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u ta' New Zealand.


(1)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.


Top