This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008IP0233
Global treaty to ban uranium weapons European Parliament resolution of 22 May 2008 on (depleted) uranium weapons and their effect on human health and the environment — towards a global ban on the use of such weapons
L-armi tal-uranju (imdgħajjef) u l-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent — lejn projbizzjoni globali fuq l-użu ta' armi bħal dawn Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' Mejju 2008 dwar l-armi tal-uranju (imdgħajjef) u l-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent — lejn projbizzjoni globali fuq l-użu ta' armi bħal dawn
L-armi tal-uranju (imdgħajjef) u l-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent — lejn projbizzjoni globali fuq l-użu ta' armi bħal dawn Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' Mejju 2008 dwar l-armi tal-uranju (imdgħajjef) u l-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent — lejn projbizzjoni globali fuq l-użu ta' armi bħal dawn
ĠU C 279E, 19.11.2009, p. 84–85
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 279/84 |
L-armi tal-uranju (imdgħajjef) u l-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent — lejn projbizzjoni globali fuq l-użu ta' armi bħal dawn
P6_TA(2008)0233
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2008 dwar l-armi tal-uranju (imdgħajjef) u l-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent — lejn projbizzjoni globali fuq l-użu ta' armi bħal dawn
(2009/C 279 E/18)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-effetti ħżiena tal-użu tal-uranju (inkluż l-uranju mdgħajjef) f'armi konvenzjonali, |
— |
wara li kkunsidra d-diskors tas-Segretarju Ġenerali tan-NU fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Isfruttament tal-Ambjent fil-Gwerer u l-Kunflitti Armati (6 ta' Novembru 2002), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU A/RES/62/30, adottata fil-5 ta' Diċembru 2007, li tenfasizza preokkupazzjoni kbira dwar is-saħħa fir-rigward tal-użu ta' armi tal-uranju mdgħajjef, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-uranju (imdgħajjef) intuża ħafna fil-gwerer moderni, kemm bħala munizzjon kontra objettivi fortifikati f'ambjenti rurali u urbani, kif ukoll bħala protezzjoni ta' armatura rinfurzata kontra attakki bil-missili u ta' artillerija, |
B. |
billi sa minn meta ntuża mill-forzi alleati fl-ewwel gwerra kontra l-Iraq, kien hemm tħassib serju rigward it-tossiċità radjoloġika u kimika tal-partiċelli fini tal-uranju li jiġu prodotti meta dawn l-armi jolqtu objettivi fortifikati; billi tfissru wkoll preokkupazzjonijiet dwar il-kontaminazzjoni ta' ħamrija u ta' ilma ta' taħt l-art minn munizzjon sparat li ma jkunx laqat il-bersall tiegħu u dwar il-konsegwenzi tagħha għall-popolazzjonijiet ċivili, |
C. |
billi, minkejja l-fatt li sal-lum ir-riċerka xjentifika ma rnexxilhiex issib evidenza konklużiva tal-ħsara, hemm diversi xhieda tal-effetti ta' ħsara u li spiss iwasslu għall-mewt kemm għall-persunal militari kif ukoll għall-popolazzjoni ċivili, |
D. |
billi f'dawn l-aħħar snin kien hemm avvanzi kbar fir-rigward tal-għarfien tal-perikli ambjentali u għas-saħħa mill-uranju mdgħajjef, u billi issa wasal sew iż-żmien li dan jidher fl-istandards militari internazzjonali, hekk kif jiżviluppaw, |
E. |
billi l-użu tal-uranju mdgħajjef fil-gwerra jmur kontra r-regoli u l-prinċipji bażiċi mħaddna fil-liġi internazzjonali, umanitarja u ambjentali tradizzjonali u miktuba, |
1. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jimxu mal-paragrafu 1 tar-riżoluzzjoni tan-NU msemmija hawn fuq u sabiex iressqu rapport bl-opinjonijiet tagħhom dwar l-effetti tal-użu ta' armamenti u munizzjon li fihom l-uranju mdgħajjef; |
2. |
Jirrakkomanda lir-Rappreżentant Għoli tal-UE biex fil-verżjoni riveduta tal-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà, jinkludi l-ħtieġa li titqies sew l-utilità fil-ġejjieni tal-munizzjon mhux gwidat kif ukoll tal-bombi tat-tip cluster, tal-mini u ta' armi oħra b'effett indiskriminat bħall-armi tal-uranju mdgħajjef; |
3. |
Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jikkummissjonaw studji xjentifiċi dwar l-użu tal-uranju mdgħajjef fir-reġjuni kollha fejn intbagħat persunal militari u ċivili kemm Ewropew kif ukoll internazzjonali; |
4. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri, fi ħdan il-qafas ta' operazzjonijiet futuri, biex ma jużawx armi ta' uranju mdgħajjef fl-operazzjonijiet tal-Politika Ewropea ta' Sigurta' u Difiża u sabiex ma jibagħtux persunal militari u ċivili f'reġjuni fejn ma tista' tingħata l-ebda garanzija li ma ntużax jew li mhux ser jintuża l-uranju mdgħajjef; |
5. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jipprovdu informazzjoni sħiħa lill-persunal militari u ċivili tagħhom mibgħuta għal missjonijiet, kif ukoll lill-organizzazzjonijiet professjonali tagħhom, dwar il-probabilità li seta' ntuża jew li jista' jintuża l-uranju mdgħajjef fir-reġjun fejn qed joperaw, u sabiex jieħdu biżżejjed miżuri protettivi; |
6. |
Jistieden lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jistabbilixxu inventarju ambjentali taż-żoni kkontaminati bl-uranju mdgħajjef (inklużi ż-żoni tal-ittestjar) u biex jipprovdu appoġġ sħiħ — inkluż appoġġ finanzjarju — għall-proġetti li jistgħu jgħinu l-vittmi u l-qraba tagħhom kif ukoll għall-operazzjonijiet ta' tindif fiż-żoni milquta, jekk jiġi kkonfermat effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent; |
7. |
Itenni b'insistenza l-istedina tiegħu lill-Istati Membri kollha tal-UE u lill-pajjiżi kollha tan-NATO biex jimponu moratorju fuq l-użu tal-armi tal-uranju mdgħajjef u biex jerġgħu jirduppjaw l-isforzi tagħhom għal projbizzjoni globali, kif ukoll biex iwaqqfu b'mod sistematiku l-produzzjoni u l-akkwist ta' dan it-tip ta' armamenti; |
8. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kunsill sabiex jieħdu f'idejhom it-tmexxija tal-ħidma għal trattat internazzjonali — permezz tan-NU jew permezz ta' “koalizzjoni ta' voluntiera” — li jistabbilixxu projbizzjoni tal-iżvilupp, tal-produzzjoni, tal-ħażna, tat-trasferiment, tal-ittestjar u tal-użu ta' armi tal-uranju kif ukoll tal-qerda jew tar-riċiklaġġ tal-ħażniet eżistenti, jekk tinstab evidenza xjentifika konklużiva tal-ħsara kkawżata minn armi bħal dawn; |
9. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lin-NATO u lill-Assemblea Parlamentari tan-NATO, lin-NU u lill-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Organizzazzjoni Ewropea ta' Assoċjazzjonijiet Militari, lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. |