EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/260/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.M.5596 – Magna/Sberbank/GM/Opel) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 260, 30.10.2009, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/36


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.M.5596 – Magna/Sberbank/GM/Opel)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 260/08

1.

Fit-22 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Magna International Inc. (“Magna”, il-Kanada), Sberbank Savings Bank of Russia (“Sberbank”, il-Federazzjoni tar-Russja) u General Motors Company (“GM”, l-Istati Uniti tal-Amerka) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-impriża Adam Opel GmbH (“NewOpel”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Magna hi fornitur diversifikat fis-settur awtomobilistiku. Hi tfassal, tiżviluppa u timmanifattura sistemi, immuntar, moduli u kompenenti awtomobilistiċi, u tippjana u timmonta vetturi kompluti. Il-prodotti u s-servizzi tagħha jinbiegħu l-iktar lill-manifatturi ta' karozzi u vetturi kummerċjali żgħar,

Sberbank, hi waħda mill-ikbar istituzzjonijiet ta' kreditu fir-Russja u fl-Ewropa tal-Lvant. L-attività kummerċjali prinċipali tagħha hi operazzjonijiet fis-settur bankarju għall-klijenti ġenerali u għall-kumpaniji fi ħdan il-Federazzjoni tar-Russja,

Il-kummerċ prinċipali ta' GM hu l-manifattura tal-vetturi awtomobilistiċi. Permezz tas-sussidjarja tagħha Delphi, hi wkoll fornitur tal-komponenti awtomobilistiċi,

NewOpel hi manifattur tal-vetturi awtomobilistiċi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.M.5596 – Magna/Sberbank/GM/Opel, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top