This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2009/260/07
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.5640 — SCF/AIG Bank/AIG Credit) — Candidate case for simplified procedure Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5640 – SCF/AIG Bank/AIG Credit) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5640 – SCF/AIG Bank/AIG Credit) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU C 260, 30.10.2009, p. 35–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/35 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5640 – SCF/AIG Bank/AIG Credit)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 260/07
1. |
Fis-16 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Santander Consumer Finance S.A. (“SCF”, Spanja) ikkontrollata minn Banco Santander S.A. (“The Santander Group”, Spanja) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ tal-impriżi AIG Bank Polska S.A. (“AIG Bank”, il-Polonja) u AIG Credit S.A. (il-Polonja) permezz ta’ tpartit ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5640 – SCF/AIG Bank/AIG Credit, fl-indirizz li ġej:
|