EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC1030(03)

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

ĠU C 260, 30.10.2009, p. 31–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/31


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2009/C 260/06

Għajnuna Nru: XA 180/09

Stati Membri: Spanja

Reġjun: Castilla y León

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Bases reguladoras de la concesión de las ayudas para las Asociaciones de Producción Integrada en Agricultura (APRIAS).

Bażi legali: Orden AYG/541/2009, de la Consejería de Agricultura y Ganadería por la que se establecen las Bases Reguladoras para la concesión de las ayudas para las Asociaciones de Producción Integrada en Agricultura (APRIAS).

Orden AYG/1043/2009, de 28 de abril, por la que se modifica la Orden AYG/541/2009, de 3 de marzo, por la que se establecen las bases reguladoras de la concesión de las ayudas para las Asociaciones de Producción Integrada en Agricultura (APRIAS).

Din l-iskema ta' għajnuna hija koperta mill-eżenzjoni stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 u hija skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 14 u 15 tal-istess Regolament.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 400 000

Intensità massima ta' l-għajnuna: 70 % tal-ispejjeż

Data tal-implimentazzjoni: mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: għall-promozzjoni tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità (Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006) u għall-promozzjoni ta' assistenza teknika fis-settur agrikolu (Artikolu 15 tar-regolament (KE) Nru 1857/2006).

Settur jew setturi benefiċjarji: is-settur agrikolu u agroalimentari

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna: Dirección General de Producción Agropecuaria

Indirizz tal- Internet: it-test sħiħ tal-iskema ta’ għajnuna se jiġi ppubblikat fil-websajt tal-Junta de Castilla y León.

Ħolqa diretta: http://www.jcyl.es/scsiau/Satellite/up/es/EconomiaEmpleo/Page/PlantillaN3/1175259771003/_/_/_?asm=jcyl&paginaNavegacion=&seccion=

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 188/09

Stati Membri: Spanja

Reġjun: Navarra

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas a las organizaciones profesionales agrarias para actividades de asistencia técnica a titulares y trabajadores de las explotaciones agrarias, para la formación en el uso de las nuevas tecnologías en el ámbito de la gestión empresarial y comunicación electrónica (TIC's).

Bażi legali: Orden Foral de la Consejera de Desarrollo Rural y Medio Ambiente, por la que se establecen las normas reguladoras que regirán la concesión de ayudas a las organizaciones profesionales agrarias para actividades de asistencia técnica a titulares y trabajadores de las explotaciones agrarias, para la formación en el uso de las nuevas tecnologías en el ámbito de la gestión empresarial y comunicación electrónica (TIC's).

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 136 000

Intensità massima ta' l-għajnuna: Għajnuna sa 75 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Data ta' l-implimentazzjoni: L-iskema tidħol fis-seħħ mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal eżenzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Mill-2009 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna:

(1)

L-għan ewlieni huwa l-promozzjoni tal-adattament u t-tibdil ta' azjendi agrikoli fil-qasam tal-komunikazzjoni, l-aċċess għal netwerks tal-informazzjoni, u sabiex l-imprenditur agrikolu jsir iktar familjari mas-sistemi ta' ġestjoni u komunikazzjoni elettroniċi.

(2)

Jistgħu jiżdiedu dawn l-għanijiet sekondarji li ġejjin:

promozzjoni tal-użu ta’ sistemi effiċjenti ta’ komunikazzjoni telematika u l-aċċess għan-netwerks tal-informazzjoni tal-imprendituri agrikoli.

li jiġi żgurat l-aċċess għas-sistemi kompjuterizzati koordinati u monitorjati li flimkien jifformaw netwerk ta’ ġestjoni komuni.

li jiġi żgurat li jiddaħħlu sistemi ta' teknoloġija għolja bħala bażi tal-introduzzjoni tal-NTICs (Teknoloġiji Ġodda tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni).

L-Artikolu 15(2)a.i) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006: Spejjeż eliġibbli: spejjeż li jirriżultaw mill-organizzazzjoni ta' programmi ta' taħriġ.

Settur jew setturi benefiċjarji: Produtturi primarji fis-settur agrikolu u tat-trobbija tal-bhejjem.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Gobierno de Navarra

Departamento de Desarrollo Rural y Medio Ambiente

C/ Tudela, 20

31003 Pamplona

ESPAÑA

Indirizz tal- Internet: http://www.cfnavarra.es/agricultura/COYUNTURA/AyudasEstado/pdfs/STNO09036%20OF.pdf

Informazzjoni oħra:

Dirección General de Desarrollo Rural

C/ Tudela, 20

31003 Pamplona

ESPAÑA

Tel. +34 848422933

posta elettronika:izabalv@cfnavarra.es

Għajnuna Nru: XA 214/09

Stati Membri: Franza

Reġjun: Département de la Seine-Maritime:

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Avances remboursables pour l’installation d’exploitants ne bénéficiant pas d’une DJA (dotation jeune agriculteur), Seine-Maritime

Bażi legali: articles L 1511-2, L 3231-2 et 3232-1 du Code général des collectivités territoriales; délibération du Conseil général du 31 mars 2009 relative à la politique agricole départementale de la période 2009-2012.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 100 000 fis-sena

Intensità massima tal-għajnuna: Self mingħajr interessi li jkopri 40 % tal-investiment. Is-sussidju ekwivalenti huwa kkalkulat abbażi tal-ispejjeż finanzjarji ġestiti minn self ekwivalenti għal 5,5 %.

Il-limitu tal-infiq eliġibbli huwa stabbilit għal EUR 50 000 u s-self għal 40 % tal-infiq, jiġifieri EUR 20 000. Għal self ta’ EUR 20 000, l-għajnuna tirrappreżenta s-somma ta’ EUR 2 823 bħala ekwivalenti għas-sussidju.

Data ta' l-implimentazzjoni: mill-konferma tal-wasla mill-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Perjodu 2009-2012

Għan tal-għajnuna: Filwaqt li t-tiġdid tal-ġenerazzjonijiet ma jippermettix iż-żamma tal-għadd ta’ intrapriżi agrikoli f’Seine-Maritime, l-għan ta’ din l-iskema huwa li jgħin l-installazzjoni agrikola ’l barra mill-qafas familjari jew għal kandidati li jiġu minn setturi oħra soċjoprofessjonali. Minn naħa, din l-iskema għanha tagħti lok lis-sengħa agrikola biex tinfetaħ għal approċċi oħra tas-sengħa billi fis-settur agrikolu ddaħħal l-intrapriżi li jiġu minn setturi soċjoprofessjonali oħra.

Din l-għajnuna se tiffaċilita l-aċċess għas-sistema bankarja tradizzjonali minħabba l-effett ta’ amplifikazzjoni li tipproduċi.

L-għajnuniet se jingħataw skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur agrikolu kollu

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du Département de Seine-Maritime

Quai Jean Moulin

76101 Rouen Cedex 1

FRANCE

Indirizz tal- Internet: http://www.seinemaritime.net/guidedesaides/medias/File/avance-remboursable-pour-l-installation-non-aidee-t2.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 217/09

Stati Membri: Franza

Reġjun: Département de la Seine-Maritime

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides aux investissements pour la lutte contre l’érosion (Seine-Maritime)

Bażi legali: articles L1511-2, L3231-2 et 3232-1 du Code général des collectivités territoriales; délibération du Conseil général du 31 mars 2009 relative à la politique agricole départementale de la période 2009-2012.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 60 000 fis-sena

Intensità massima tal-għajnuna: Massimu ta’ 50 %

Data ta' l-implimentazzjoni: mill-konferma tal-irċevuta mill-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Il-perjodu 2009-2012.

Għan tal-għajnuna: Id-Dipartiment ta’ Seine-Maritime, minħabba n-natura tal-ħamrija tiegħu, spiss ikollu jħabbat wiċċu ma’ flussi ta’ tajn wara ħafna xita li taqa’ prinċipalment fi tmiem il-ħarifa u fir-rebbiegħa. Barra minn hekk, minħabba s-saff karstiku ta’ taħt il-ħamrija u n-natura sotterranja tar-riżorsi tal-ilma, il-punti li minnhom jittieħed l-ilma ħafna drabi jaffaċċjaw problemi ta’ dardir tal-ilma u b’hekk ma jibqax tajjeb għall-konsum.

Għadd kbir ta’ soluzzjonijiet jinvolvu l-adattament ta’ metodi ta’ kultivazzjoni b’mod partikulari fit-tħejjija tal-ħamrija.

L-iskema implimentata mid-Dipartiment ta’ Seine Maritime għandha l-għan li tgħin lill-bdiewa biex jinvestu f'tagħmir li jgħinhom jillimitaw ir-riskji ta' ssiġillar tal-ħamrija, ħolqien ta’ nixxigħat, flussi ta’ tajn u ilma mdardar.

It-tagħmir li ġej huwa eliġibbli:

Għodod lokalizzati biex jinħadem ir-raba’. Dawn l-għodod jagħmluha possibbli li r-raba’ jkun jista’ jinħadem mar-ringieli tal-ħmiemel. B’dan il-mod tliet kwarti tar-raba’ jibqa’ mhux maħdum u b’hekk ikollu iktar reżistenza għall-erożjoni;

tagħmir għaż-żrigħ ta’ pjanti li jgħattu l-ħamrija kollha ħlief għall-uċuħ tar-raba’. Dan it-tagħmir partikulari ħafna jippermetti t-taħwil ta’ pjanti li jgħattu l-ħamrija partikularment fl-uċuħ tal-qamħirrum. Mal-ħsad, il-pjanti li jgħattu l-ħamrija jikbru maljar u dan jevita li jkun hemm ħamrija għerja fix-xitwa;

materjali ta' tnaqqija. Dan it-tagħmir irodd lura l-permeabbiltà tal-ħamrija fir-rebbiegħa għall-uċuħ bl-għeruq (pitravi u qamħirrum);

Mutur għall-ħart tal-kisjiet ħorox tal-weraq mherri. Din tippermetti l-makroporożità wara l-ħsad li tiffaċilita l-infiltrazzjoni tal-ilma;

magni taż-żrigħ għall-uċuħ intermedjarji li jipprovdu kopertura tal-ħamrija fix-xitwa. Dan it-tagħmir huwa speċifiku għall-għelejjel ta’ kopertura fix-xitwa (uċuħ intermedjarji);

eradikaturi li jeħlu mar-roti. Dan it-tagħmir jitwaħħal mal-magni u jerħi r-roti li ħafna drabi jikkawżaw tnixxigħat kbar ta' ilma li jirriżultaw f’kanali.

Din l-iskema diġà kienet suġġetta għal proċedura ta’ eżenzjoni għall-perjodu 2006-2008 taħt ir-referenza XA 108/06.

L-għajnuna se tingħata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur agrikolu kollu

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du Département de Seine-Maritime

Quai Jean Moulin

76101 Rouen Cedex 1

FRANCE

Indirizz tal- Internet: http://www.seinemaritime.net/guidedesaides/medias/File/aide-aux-investissements-pour-la-lutte-contre-l-erosion-t2.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 218/09

Stati Membri: Franza

Reġjun: Dipartiment ta' Seine-Maritime

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides aux investissements pour la récupération des eaux pluviales en vue d’un usage agricole (Seine-Maritime)

Bażi legali: articles L 1511-2, L 3231-2 et 3232-1 du Code général des collectivités territoriales; délibération du Conseil général du 31 mars 2009 relative à la politique agricole départementale de la période 2009-2012.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 70 000 fis-sena

Intensità massima tal-għajnuna: Massimu ta’ 40 %

Data ta' l-implimentazzjoni: mill-konferma tal-irċevuta mill-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Il-perjodu 2009-2012.

Għan tal-għajnuna: L-għan ta’ din l-iskema hu li tgħin lill-bdiewa jnaqqsu l-impatt tal-attivitajiet tagħhom fuq l-ambjent. Dan il-għan jinvolvi l-awtonomija tal-farms fl-użu tar-riżorsi tagħhom. Fin-Normandija x-xita, li tinżel ħafna u s-sena kollha, tippermetti li l-ilma jiġi reċiklat għat-tisqija tal-merħliet jew biex jimtlew il-bexxiexa.

L-għajnuna prevista hija ta’ 40 % tal-investimenti eliġibbli, li jridu jammontaw għal bejn EUR 2 000 u 8 000.

It-tagħmir eliġibbli jirrigwarda t-tankijiet, in-netwerks ta’ riċiklaġġ u t-tagħmir tal-ipproċessar (filtri, it-trattament UV, il-klorazzjoni).

L-għajnuna għandha tingħata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur agrikolu kollu

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du Département de Seine-Maritime

Quai Jean Moulin

76101 Rouen Cedex 1

FRANCE

Indirizz tal- Internet: http://www.seinemaritime.net/guidedesaides/medias/File/aide-aux-investissements-pour-la-recuperation-des-eaux-pluviales-t2.pdf

Informazzjoni oħra: —


Top