EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/234/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5584 – Belgacom/BICS/MTN) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 234, 29.9.2009, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5584 – Belgacom/BICS/MTN)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 234/06

1.

Fil-21 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Belgacom S.A. (“Belgacom”, il-Belġju) se takkwista skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll tal-impriża sħiħa Belgacom International Carrier Services S.A. (“BICS”, il-Belġju) parmezz ta’ serje ta’ kuntratti li jirriżultaw fil-kontroll sħiħ mill-Belgacom.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Belgacom: operatriċi ta’ telekomunikazzjonijiet fil-Belġju attiva fil-firxa sħiħa ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet li jipprovdu servizzi ta’ bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, telekomunikazzjonijiet fissi u mobbli, servizzi tal-leħen u tad-dejta primarjament fuq livell nazzjonali,

għal BICS: fornitriċi fuq livell globali ta’ servizzi tal-leħen, dejta u valur miżjud għal fornituri ta’ servizzi mingħajr fili u bil-fili. Dawn l-attivitajiet jinkludu servizzi li attwalment jitwettqu mill-BICS bħala impriża konġunta bejn il-Belgacom u s-Swisscom Belgium S.A. (“Swisscom”) u attivitajiet ta’ telekomunikazzjonijiet bl-ingrossa internazzjonali (“MTN-ICS”) li se tiġi akkwistata mill-MTN (Dubai) Limited bħala riżultat tat-tranżazzjonijiet proposta,

għal MTN-ICS: servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet internazzjonali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5584 – Belgacom/BICS/MTN, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top