EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/221/01

Minuti tas-seduta tat-tnejn, 6 ta’ April 2009

ĠU C 221, 14.9.2009, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/1


MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TNEJN, 6 TA’ APRIL 2009

(2009/C 221/01)

(Is-seduta nfetħet fid-11.40 a.m.)

Seduta inawgurali formali

Indirizzaw l-Assemblea dawn li ġejjin:

Is-Sur Jan Kohout, il-President fil-Kariga tal-Kunsill tal-Ministri tal-UE, id-Deputat Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Ċeka li hu responsabbli għall-iżvilupp, is-Sur Wilkie Rasmussen, il-Ko-President tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-AKP-UE, Dr Mirek Topolanek, il-President fil-Kariga tal-Kunsill tal-UE, il-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka u s-Sra Glenys Kinnock, Ko-President tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-AKP-UE.

(Is-seduta ġiet aġġornata f'12.25 u kompliet fit-15.05)

IPPRESJEDIET: Is-Sa KINNOCK

Ko- President

Seduta tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Il-Ko-President tat merħba lill-parteċipanti kollha. Hija talbet għal minuta ta' silenzju biex titfakkar il-mewt mhux mistennija tas-Sur Abdalla Mohamed Bedri, mis-Sudan, li kien membru tal-JPA. Hija esprimiet ukoll il-kondoljanzi tal-Assemblea għall-vittmi tat-terremot li dak inhar laqgħat iċ-ċentru tal-Italja u li wassal għal ħafna mwiet.

1.   Kompożizzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Il-Ko-President ħabbret li l-lista tal-Membri tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, kif imressqa mill-awtoritajiet tal-Istati tal-AKP u l-President tal-Parlament Ewropew, se tkun annessa mal-minuti.

2.   Akkreditar tar-rappreżentanti mhux parlamentari

Il-Ko-Ppresident ħabbret li l-awtoritajiet tal-Istati tal-AKP kienu bagħtu lista ta' rappreżentanti mhux parlamentari. Bi qbil mal-Artikolu 17(1) tal-Ftehima ta' Sħubija u mal-Artikolu 1 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, ipproponiet li dawn ir-rappreżentanti jiġu reġistrati u isimhom elenkati f'anness tal-minuti.

L-Assemblea Parlamentari Konġunta qablet ma' dan.

Kelliem: Hutchinson.

Deċiżjoni: L-Assemblea Parlamentari Konġunta qablet li tfakkar lill-parlamenti tal-pajjiżi tal-AKP li d-delegati għandhom ikunu Membri tal-Parlament u għandhom ikunu mibdula biss mill-Ambaxxaturi f'okkażjonijiet ġenwinament eċċezzjonali.

3.   Sostituti

Il-Ko-President ħabbret is-sostituti li ġejjin: Fernández Martín (għal López-Istúriz White), Gill (għal Jöns), Hutchinson (għal McAvan), Kastler (għal Gaubert), Klass (għal Coelho), Leinen (għal Grabowska), Neris (għal Pleguezuelos Aguilar), Olajos (għal Novak), Seeber (għal Ribeiro e Castro) u Virrankoski (għal Busk).

4.   Adozzjoni tal-abbozz tal-aġenda (AKP-UE/100.498)

L-abbozz ta' aġenda ġie adottat hekk kif jidher f'dawn il-minuti.

5.   Approvazzjoni tal-minuti tas-16-il sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE (ĠU C 61, 16.3.2009)

Il-minuti ġew approvati.

6.   Avviżi tal-Ko-Presidenti, inklużi d-deċiżjonijiet meħuda fil-laqgħa tal-Bureau tal-5 ta’ April 2009

Il-Ko-President irrapportat dwar id-deċiżjonijiet tal-laqgħa tal-Bureau li saret fil-5 ta' April 2009:

Biex jiġu awtorizzati r-rapporti li ġejjin għall-kumitati permanenti:

Kumitat għall-Affarijiet Politiċi: L-irwol ta' Midja Ħielsa u Indipendenti.

Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ: Id-deċiżjoni dwar is-suġġett għar-rapport li ġej għandha tittieħed fil-laqgħa tal-Kumitat f'Settembru 2009.

Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent: L-Impatt Soċjali tal-Kriżi Globali.

Biex jiġi approvat ir-rapport dwar missjoni tal-2008 fil-Karibew għat-tfittxija tal-fatti u biex ikun ippubblikat fil-websajt tal-JPA.

Biex jiġi approvat ir-rapport tagħha dwar protagonisti mhux statali, biex ikun ippubblikat fil-websajt tal-JPA kif ukoll biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tagħha minn Settembru 2009.

Biex titħassar il-missjoni tal-JPA li tosserva l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'Ġunju 2009.

Biex titmexxa l-organizzazzjoni tar-4 Laqgħa Reġjonali f'Burkina Faso mit-28-30 ta' Ottubru 2009.

Biex tinkiteb ittra lill-Kummissjoni Ewropea li titlob għall-adozzjoni ta' emenda għall-Ftehima ta' finanzjament tal-AKP-UE rigward per diems għall-membri tal-AKP tal-JPA.

Biex tinkiteb ittra lill-Kunsill tal-AKP u l-Kumitat tal-Ambaxxaturi u fiha jintalab li ssir reviżjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-AKP biex jitnaqqsu l-għadd ta' ġranet u staff tas-Segretarjat tal-AKP li jaħdmu waqt is-sessjonijiet plenarji tal-JPA.

Il-Ko-President tat tagħrif dwar avvenimenti oħra li kienu se jsiru matul dik il-ġimgħa inklużi l-gruppi ta' ħidma fis-7 ta' April, u rrappurtat dwar il-Forum tan-Nisa li sar fl-4 ta' April.

Il--Ko-President ħabbret li d-dati ta' skadenzi kienu kif ġejjin:

rigward emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet inklużi fir-rapporti ppreżentati mill-kumitati permanenti: It-Tnejn, 6 ta' April fis-18:00

rigward emendi għar-riżoluzzjoni ta' kompromess u l-mozzjonijiet urġenti l-oħra għar-riżoluzzjoni dwar is-Somalja: It-Tlieta, 7 ta' April fit-15:00

rigward emendi għar-riżoluzzjoni ta' kompromess u l-mozzjonijiet urġenti l-oħra għar-riżoluzzjoni dwar il-kriżi tal-ikel u dik finanzjarja: It-Tlieta, 7 ta' April fit-18:00

7.   Stqarrija mis-Sur Louis Michel, Membru tal-Kummissjoni b'responsabilità għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja

Il-Ko-President laqgħet lill-Kummissarju u rringrazzjatu għall-impenn dejjiemi tiegħu lejn l-Assemblea Parlamentari Konġunta.

Il-Kummissarju Michel għamel stqarrija f'isem il-Kummissjoni.

8.   Ħin għall-Mistoqsijiet lill-Kummissjoni

B'kollox saru 19-il mistoqsija lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni kienet preċedentement wieġbet għall-mistoqsijiet bil-miktub u s-Sur Michel kien ta tewġibiet orali għall-mistoqsijiet supplimentari mressqa minn dawn li ġejjin:

Mistoqsija Nru 1 mis-Sur Jardim Fernandes dwar l-appoġġ għall-pajjiżi tal-AKP fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja internazzjonali.

Mistoqsija Nru 4 mis-Sur Assarid (Mali) dwar id-dħul fis-seħħ tal-10 EDF.

Mistoqsija Nru 6 mis-Sa Van Lancker dwar l-EPAs u l-integrazzjoni reġjonali.

Mistoqsija Nru 7 mis-Sa Neris dwar l-UE/CARIFORUM EPA: Koperazzjoni reġjonali.

Mistoqsija Nru 9 mis-Sur Cashman dwar azzjoni Parlamentari qrib il-15-il anniversarju tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp.

Mistoqsija Nru 10 mis-Sur William (Seychelles) dwar ir-relazzjoni tal-industrija tas-sajd tal-AKP-UE.

Mistoqsija Nru 19 mis-Sa Aubert dwar appoġġ għall-agrikoltura.

Mistoqsija Nru 11 mis-Sa Hutchinson dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo tal-Lvant.

Mistoqsija Nru 12 mis-Sur Veneto dwar is-sitwazzjoni gravi fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Mistoqsija Nru 13 mis-Sur Schnellhardt dwar ir-relazzjonijiet maż-Żimbabwe wara l-elezzjonijiet.

Mistoqsija Nru 14 mis-Sur Cornillet dwar id-Darfur.

Mistoqsija Nru 15 mis-Sur Jardim Fernandes (għas-Sinjura Gomes) dwar drittijiet tal-bniedem fl-Etjopja.

Mistoqsija Nru 16 mis-Sa Carlotti u s-Sa Deerpalsing (Mauritius) dwar is-sitwazzjoni politika fil-Madagaskar (il-mistoqsija supplimentari ntalbet mis-Sa Carlotti).

Mistoqsija Nru 17 mis-Sur O. Schmidt (għall-Sur Van Hecke) dwar l-amministrazzjoni reġjonali tan-Nil.

Mistoqsija Nru 18 mis-Sa Atim-Ogwal (Uganda) dwar armi żgħar u ħfief kif ukoll l-impatt diżastruż fuq il-ħajja ekonomika, politika u soċjali tan-nies tal-Afrika sub-Saħara.

L-awturi tal-mistoqsijiet Nri 2, 3, 5 u 8 ma kinux preżenti.

9.   Azzjoni meħuda mill-Kummissjoni dwar ir-riżoluzzjonijiet adottati waqt is-16-il sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, li saret f'Port Moresby (Papua New Ginea)

Il-Kummissarju rrefera għal dokument dwar l-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni, li diġà tqassam.

10.   Is-Sitwazzjoni fil-Madagaskar

Ladarba l-Kummissarju Michel kien tkellem dwar is-suġġett meta wieġeb għad-domandi, huwa ma għamilx preżentazzjoni.

Kelliema: Deerpalsing (Mauritius), William (Seychelles), Diagne (Senegal), Polisi (Rwanda) u Mafuga (Lesotho).

Il-Kummissarju wieġeb għall-kwistjonijiet mqajma.

11.   Dibattitu mal-Kummissjoni

Kelliema: O. Schmidt, De Sousa (Angola), Straker (St. Vincent u Grenadines), Martínez Martínez, Ramotar (Guyana), Polisi (Rwanda), Assarid (Mali), Milupi (Żambja), Naib (Eritrea), Deerpalsing (Mauritius), Cavuilati (Fiġi) u Mabaya (Repubblika Demokratika tal-Kongo).

Il-Kummissarju wieġeb għall-kwistjonijiet mqajma.

12.   Suġġett urġenti Nru 1: L-irwol tal-Ftehima ta' Partenarjat ta' Cotonou fl-indirizzar tal-kriżi tal-ikel u dik finanzjarja fil-pajjiżi tal-AKP.

Is-Sur Andrew Mold, Ekonomist Anzjan, Ċentru ta' Żvilupp tal-OECD, għamel preżentazzjoni.

Il-Kummissarju Michel tkellem.

Kelliema: Bobbo (il-Kamerun), Schröder, Martínez Martínez, Ntuane (Botswana), O. Schmidt, William (Seychelles), F. Schmidt, Mayer, Gebre-Christos (Etjopja) u Schnellhardt.

Is-Sur Mold wieġeb għal mistoqsija li saritlu.

(Is-seduta ntemmet fis-18.45)

Wilkie RASMUSSEN u

Glenys KINNOCK

Ko-Presidenti

Sir John KAPUTIN u

Dietmar NICKEL

Ko-Segretarji Ġenerali


Top