Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0911(03)

    Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    ĠU C 217, 11.9.2009, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/8


    Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    2009/C 217/04

    Għajnuna Nru: XA 190/09

    Stat Membru: L-Ungerija

    Reġjun: Magyarország

    Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew l-isem tal-kumpanija li qed tirċievi l-għajnuna individwali: A nemzeti agrárkár-enyhítési rendszerről és a kárenyhítési hozzájárulásról szóló állami támogatási program módosítása.

    Bażi legali:

    A nemzeti agrárkár-enyhítési rendszerről és a kárenyhítési hozzájárulásról szóló 2008. évi CI. törvény módosításáról szóló 2009. évi … törvényjavaslat,

    A nemzeti agrárkár-enyhítési rendszerről és a kárenyhítési hozzájárulásról szóló 2008. évi CI. törvény.

    Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew ammont globali tal-għajnuna individwali mogħti lill-kumpanija: Ħsara kkawżata mis-silġ li trid tiġi inkluża fil-firxa ta’ tipi ta’ ħsarat minn diżastri naturali kif stipulat fl-iskema tal-Għajnuna mill-Istat Nru XA 386/08. (Att CI tal-2008).

    L-emenda ma ġġib ebda spiża addizzjonali għall-baġit nazzjonali.

    Il-perjodu tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet għall-mitigazzjoni tal-ħsara għandu jdum sat-30 ta’ Ġunju tas-sena attwali. Qabel din id-data mhix possibbli l-valutazzjoni preciża tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet – li jitħallsu mill-produtturi agrikoli li jissieħbu fl-Iskema tal-Mitigazzjoni tal-Ħsara fuq bażi obbligatorja jew volontarja – li għalihom il-baġit nazzjonali jikkontribwixxi sussegwentement tal-inqas ammont ugwali. Id-daqs tal-ħsarat vera ma jsirx magħruf qabel wara l-10 ta’ Novembru tas-sena attwali, id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tat-talbiet għall-mitigazzjoni tal-ħsara lill-korp agrikolu għall-mitigazzjoni tal-ħsara.

    Meta d-daqs vera tal-ħsara tan-nixfa u s-silġ fl-2009, ikun magħruf aktar, il-Ministru għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali għandu, jekk meħtieġ, jitlob lill-Gvern suppliment għar-riżorsi tal-mitigazzjoni tal-ħsara mill-baġit nazzjonali.

    Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità massima tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż 80 % tat-telf fil-ħsad ikkawżat minn kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena, jew 90 % f'żoni aktar żvantaġġati.

    Il-valur tat-telf fil-ħsad għandu jitnaqqas bil-kumpens imħallas minn kumpaniji tal-assigurazzjoni u t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-ħsad (il-ħsara tirriżulta fi ħsad iżgħar, għalhekk l-ispiża tal-ħsad tonqos proporzjonalment).

    L-ammont tal-kontribuzzjoni għall-mitigazzjoni tal-ħsara mħallas lill-produttur agrikolu se tkun HUF 2 000 għal kull ettaru fis-sena fuq art użata għat-tkabbir ta’ għeneb u frott u HUF 800 għal kull ettaru fis-sena għal art oħra.

    Data tal-implimentazzjoni: Soġġetta għad-deċijoni tal-Parlament Ungeriż u l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, l-ewwel ġimgħa ta’ Lulju 2009.

    Tul ta’ mien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    Għan tal-għajnuna: L-għajnuna għandha l-għan li ttejjeb l-effiċjenza tal-iskema nazzjonali tal-mitigazzjoni tal-ħsara agrikola (stabbilita bil-għan li tnaqqas l-effetti ta’ ħsara kkawżata minn diżastri naturali fl-agrikoltura) u l-għajnuna mill-istat b'mod ġenerali, billi tinkludi ħsara mis-silġ fost il-firxa ta' tipi ta' ħsara minn diżastri naturali, flimkien mal-ġlata, l-għarar fuq l-art u n-nixfa diġà li huma inklużi skont l-Att CI tal-2008 li attwalment qiegħed fis-seħħ u li jaffettwa produtturi agrikoli li jikkontribwixxu għall-iskema.

    Leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti tippermetti għall-inklużjoni tal-ħsara mis-silġ fl-iskema tal-ħsara agrikola u tinkludi s-silġ bħala avveniment klimatiku ħażin li jista’ jiġi assimilat għal diżastru naturali. L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006: Għajnuna għal telf minħabba avvenimenti klimatiċi ħżiena.

    Settur(i) konċernat(i): Is-setturi kollha li jipproduċi l-għelejjel.

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Földművelésügyi és Vidékfejlesztési Minisztérium

    Budapest

    Kossuth Lajos tér 11.

    1055

    MAGYARORSZÁG/HUNGARY

    Websajt: http://www.parlament.hu/irom38/09981/09981.pdf

    Informazzjoni oħra: —

    Għajnuna Nru: XA 195/09

    Stat Membru: L-Italja

    Reġjun: Liguria

    Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Aiuti per interventi di recupero e di mantenimento dell’attività agricola all’interno del territorio del Parco Nazionale delle Cinque Terre — parte «produzione agricola primaria».

    Bażi legali: Articoli 2, comma 1 lettere a) e b) della Legge regionale 9 aprile 2009 n. 8 «Norme per la protezione dell’ambiente e del paesaggio attraverso la salvaguardia dell’attività agricola nel territorio delle Cinque Terre.».

    Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont annwali kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-ammont totali allokat għas-sena 2009 skont il-bażi legali huwa ta' EUR 100 000

    Intensità massima tal-għajnuna: L-għajnuna għall-investimenti jew xogħlijiet kapitali intenzjonati għall-preżervazzjoni tal-karatteristiċi ta' wirt li jagħmlu parti mill-assi produttivi tal-azjenda agrikola (l-Artikolu 2(1)(a)) tingħata sal-massimu ta' 75 % tan-nefqa eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati skont it-tifsira tal-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 u 60 % tan-nefqa eliġibbli f'żoni oħra minbarra ż-żoni anqas vantaġġati, sakemm l-investiment ma jżidx il-kapaċità produttiva tal-azjenda.

    L-għajnunient għall-investimenti fl-azjendi agrikoli (l-Artikolu 2(1)(b)) jingħataw kif ġej:

    Data tal-implimentazzjoni: Mill-2009 u fi kwalunkwe każ mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

    Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għoti tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta' Ġunju 2014, skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-Artikoli 44 u 45 tar-Regolament (KE) Nru 800/2008.

    Għan tal-għajnuna: Bħala appoġġ għall-miżuri ta' riġenerazzjoni u manutenzjoni tal-attività agrikola ġewwa t-territorju tal-Parco Nazionale delle Cinque Terre – permezz tal-attivitajiet li ġejjin:

    Għajnuniet għal investimenti kapitali intenzjonati għall-preżervazzjoni tal-karatteristiċi ta' wirt tal-assi produttivi tal-azjenda agrikola (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

    investimenti fl-azjendi agrikoli (l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

    Settur(i) konċernat(i): Is-settur agrikolu

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Regione Liguria — Dipartimento Agricoltura, protezione civile e turismo

    Via G. d’Annunzio 113

    16121 Genova GE

    ITALIA

    Indirizz tal-internet: http://www.agriligurianet.it/Agrinet/DTS_GENERALE/20090507/LEGGE8.pdf

    Informazzjoni oħra: —


    Top