EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0911(02)

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

ĠU C 217, 11.9.2009, p. 3–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/3


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2009/C 217/03

Għajnuna Nru: XA 61/09

Stat Membru: L-Estonja

Reġjun: L-Estonja

Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem l-intrapriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Turuarendustoetus

Bażi legali:

(1)

Maaelu ja põllumajandusturu korraldamise seadus § 11 lõige 1 ja § 18 lõige 1 (RTI, 18.7.2008, 33, 202);

(2)

Põllumajandusministri 26.3.2008. a määrus nr 26 „Turuarendustoetuse taotlemise ja taotluse menetlemise kord, nende kulude loetelu, mille hüvitamiseks turuarendustoetust antakse, ning toetuse määr”.

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-intrapriża: Ammont kumplessiv sa EUR 6 000 000 (EEK 93,9 miljun), kull sena madwar EUR 2 000 000 (EEK 31 miljun).

Intesità massima tal-għajnuna: sa 100 %

Data tal-implimentazzjoni:

Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għotja tal-għajnuna individwali: sal-31.12.2010

Għan tal-għajnuna: Biex jiżdiedu s-swieq ġodda għall-prodotti tar-razzett jew jiġu applikati r-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp għall-prodotti tar-razzett.

Biex issir promozzjoni tal-prodotti tar-razzett ta' kwalità, l-għajnuna tingħata skont l-Artikolu 14. In-nefqa eliġibbli hija skont l-Artikolu 14(2)(b), (c) u (d) (nefqa mġarrba għall-introduzzjoni tas-serje tal-iskemi tal-assigurazzjoni tal-kwalità ISO 9000 u l-ISO 14000, sistemi bbażati fuq l-analiżi tal-periklu u l-punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP), sistemi ta' traċċabilità, sistemi biex jiżguraw il-konformità mal-awtentiċità u n-normi tas-suq jew sistemi ta' verifikazzjoni ambjentali; nefqa għall-kumpilazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-gwidi għall-prattiċi ta' produzzjoni tajba; tariffi mitluba minn korpi ċċertifikati magħrufa b'konnessjoni maċ-ċertifikazzjoni inizzjali tal-ġestjoni ta' kwalità jew sistemi simili).

L-assistenza teknika tingħata lill-bdiewa skont l-Artikolu 15. In-nefqa eliġibbli hija skont l-Artikolu 15(2)(a), (c), (d), (e) u (f) (għajnuna għar-riċerka fis-suq, għajnuna għall-promozzjoni tal-prodotti tar-razzett; għajnuna għall-parteċipazzjoni u l-organizzazzjoni tal-fieri, kompetizzjonijiet u wirjiet; għajnuna għat-taħriġ).

L-għajnuna qed tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti lill-produtturi.

Settur(i) konċernat(i): Produtturi agrikoli (kodiċi NACE A)

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Põllumajandusministeerium

Lai 39/41

Tallinn

EESTI/ESTONIA

Sit tal-internet: http://www.agri.ee/toetused-2

Tagħrif ieħor: Dan l-avviż jemenda l-avviż XA 160/08.

Għajnuna Nru: XA 105/09

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Cantabria

Titlu tal-iskema ta’ għajnuna: Compra de material vegetal de reproducción de categoría certificada en aplicación de las medidas fitosanitarias adoptadas para la erradicación y control de los organismos nocivos en Cantabria.

Bażi legali: Orden DES/53/2008, de 18 de agosto, por la que se establecen las bases reguladoras y la convocatoria para 2008 de las ayudas a la compra de material vegetal de reproducción de categoría certificada en aplicación de las medidas fitosanitarias adoptadas para la erradicación y control de los organismos nocivos en Cantabria.

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema: EUR 6 000, li jista' jiżdied sa EUR 50 000.

Intensità massima tal-għajnuna:

(1)

Huma eliġibbli 50 % tal-ispejjeż għax-xiri ta' materjal veġetali għar-riproduzzjoni, bil-kundizzjoni li dan l-ammont ma jaqbiżx id-differenza fil-prezz tas-suq bejn il-materjal veġetali ċċertifikat u dak mhux iċċertifikat.

(2)

Għandhom jitnaqqsu mill-ammont massimu dawn li ġejjin:

(a)

l-ammonti rċevuti taħt skemi tal-assigurazzjoni għall-infiq kopert minn din l-għajnuna;

(b)

l-ispejjeż li ma jkunux iġġarrbu minħabba mard jew infestazzjoni.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tal-identifikazzjoni tal-applikazzjoni għal eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Il-perjodu ta’ bejn l-2008 u l-2013.

Għan tal-għajnuna: Għan: Ix-xiri ta’ materjal veġetali għar-riproduzzjoni, iċċertifikat, wara l-implimentazzjoni tal-miżuri fitosanitarji adottata fit-territorju tal-Komunità Awtonoma tal-Cantabria, għall-qrid u l-kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara inklużi fl-Annessi I u II għar-Real Decreto 58/2005, tal-21 ta’ Jannar 2005, li għadhom mhumiex preżenti fit-territorju nazzjonali, kif ukoll dawk l-organiżmi ta’ ħsara mhux elenkati fl-Annessi msemmija, li l-preżenza tagħhom għadha ma nstabitx fit-territorju ta’ Spanja, u li jirrappreżentaw periklu imminenti għall-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 14(1) tal-Ley 43/2002 u l-Artikolu 16(2) tar-Real Decreto 58/2005.

L-għan ta’ din l-għajnuna jikkorrispondi għall-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, “Għajnuniet korrispondenti għall-mard tal-bhejjem u tal-pjanti u l-infestazzjonijiet parassitarji.”

L-ispejjeż eliġibbli jinkludu l-infiq addizzjonali minħabba l-obbligu li jinxtara materjal veġetali għar-riproduzzjoni ċċertifikat, wara l-implimentazzjoni tal-miżuri fitosanitarji obbligatorji adottati skont l-ordnijiet tal-awtorità kompetenti fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti, għall-qrid u l-kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara msemmija fil-paragrafu ta’ fuq.

Settur(i) benefiċjarju/I: Is-settur agrikolu (il-produzzjoni tal-pjanti).

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Gobierno de Cantabria

Consejería de Desarrollo Rural, Ganadería, Pesca y Biodiversidad

C/ Gutiérrez Solana s/n

39011 Santander

SPANJA

Indirizz tal-internet: http://boc.gobcantabria.es/boc/datos/MES%202008-09/OR%202008-09-01%20169/PDF/11876-11879.pdf

Tagħrif ieħor:

Dirección General de Desarrollo Rural

C/ Gutiérrez Solana s/n

39011 Santander

ESPAÑA

Tel. +34 942207864

Posta elettronika: fernandez_b@gobcantabria.es

Santander, it-2 ta' Settembru 2008

El jefe de servicio de agricultura y diversificación rural

Fdo. Benito FERNÁNDEZ RODRÍGUEZ-ARANGO

Għajnuna Nru: XA 166/09

Stat Membru: Il-Ġermanja

Reġjun: Hessen

Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem l-intrapriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali:: Gewährung von Beihilfen zur Bekämpfung von Tierseuchen nach den „Richtlinien der Hessischen Tierseuchenkasse über die Gewährung von Beihilfen“ (Beihilferichtlinien)

Bażi legali:

§ 71 Tierseuchengesetz der Bundesrepublik Deutschland,

§§ 7 bis 11 Hessisches Ausführungsgesetz zum Tierseuchengesetz

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-intrapriża: Għajnuna annwali ta’ madwar EUR 2,25 miljun (iffinanzjata mill-kontributi ta’ dawk li għandhom l-annimali lill-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun ta’ Hessen u minn parti mir-riżorsi tar-reġjun)

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna se tibda tingħata mill-ewwel jum wara li jasal l-avviż tal-wasla min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea b’numru tal-identifikazzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali:

Għan tal-għajnuna: Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, il-Parti A tittratta l-għajnuna biex tikkumpensa lill-bdiewa għall-ispejjeż imġarrba għall-kontrolli tas-saħħa, it-testijiet u miżuri oħrajn għall-għarfien bikri tal-mard u għax-xiri u l-użu tat-tilqim marbut mal-prevenzjoni u l-qerda tal-mard tal-annimali. L-għajnuna ma tingħatax lill-azjendi agrikoli permezz ta' ħlas dirett ta’ flus, iżda fil-forma ta' sussidji. L-ispejjeż għas-servizzi se jkunu f’idejn il-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun ta’ Hessen, li se jieħu ħsieb iħallas lill-fornituri tas-servizzi. L-intensità grossa tal-għajnuna hija ta’ massimu ta’ 100 %.

Is-servizzi huma b’mod prinċipali attivitajiet veterinarji u spejjeż tal-analiżi marbuta mat-twettiq ta’ kontrolli tas-saħħa, testijiet u miżuri oħrajn għall-għarfien bikri tal-mard, l-għoti tat-tilqim kif ukoll l-għoti ta’ sussidji biex jinxtara t-tilqim.

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, il-Parti B tittratta l-għajnuna biex tikkumpensa lill-bdiewa għat-telf imġarrab minħabba l-mard tal-annimali. L-għajnuna hija kkalkulata skont il-valur tas-suq tal-annimali li jkunu mietu minħabba l-mard jew il-valur tas-suq tal-annimali li jkunu nqatlu skont ordni pubblika bħala parti minn programm pubbliku obbligatorju ta’ prevenzjoni jew ta’ qerda. L-għajnuna hija limitata għat-telf imġarrab minħabba l-mard tal-annimali li l-awtoritajiet ikunu rrikonoxxew b’mod uffiċjali. L-intensità grossa tal-għajnuna hija ta’ massimu ta’ 100 %.

Il-benefiċjarji huma intrapriżi żgħar u ta' daqs medju skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 800/2008.

L-għajnuna ma tkopri l-ebda miżuri li l-ispejjeż tagħhom iridu jiġġarrbu mill-azjendi agrikoli stess skont il-liġi tal-Komunità. Kien hemm konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Setturi ekonomiċi kkonċernati: L-intrapriżi kollha li jrabbu l-baqar, il-ħnieżer, in-nagħaġ, il-mogħoż u t-tjur f’Hessen.

Isem u indrizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Hessische Tierseuchenkasse

Alte Schmelze 11

65201 Wiesbaden

DEUTSCHLAND

Indirizz tas-sit tal-internet: Tierseuchengesetz, Hessisches Ausführungsgesetz zum Tierseuchengesetz

http://www.hessischetierseuchenkasse.de/ (il-bażi legali)

Beihilferichtlinien

http://www.hessischetierseuchenkasse.de/PDF/0904%20Entwurf%20Richtlinie%20Hessen.pdf

Tagħrif ieħor: —

Għajnuna Nru: XA 170/09

Stat Membru: Franza

Reġjuni: Département du Puy-de-Dôme

Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-intrapriża benefiċjarja tal-għajnuna individwali: Aides en faveur de la maîtrise de la fièvre catarrhale ovine dans le Puy-de-Dôme

Bażi legali:

L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-Komunitajiet Ewropej

articles L 1511-1 et suivants du code général des collectivités territoriales,

arrêté du 15 décembre 2008 modifiant l'arrêté du 1er avril 2008 définissant les zones réglementées relatives à la fièvre catarrhale du mouton (JORF no 0292 du 16 décembre 2008),

délibération du 27 mars 2009 du Conseil général du Puy-de-Dôme.

Nefqa annwali ppjanata fil-kuntest tal-iskema ta' għajnuniet: EUR 150 000

Intensità massima tal-għajnuniet: 80 %.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-iskema tal-għajnuna jew tal-għajnuna individwali: 2009

Għan tal-għajnuna: Mill-2007 ′l hawn, il-virus tal-bluetongue fl-ovini tas-serotip 8 ħakem id-dipartiment ta’ Puy-de-Dôme. Din il-marda mhux biss għandha konsegwenzi diretti (mard, mortalità, aborti, telf fil-produzzjoni) iżda wkoll dawk indiretti (sterilità temporanja fl-annimali maskili, irregolaritajiet fiċ-ċiklu menstrwali).

L-isterilità fl-ovini maskili tista' ddum iktar minn 3 xhur qabel l-irkupru sħiħ tal-funzjonijiet ġenitali. Għaldaqstant, l-ovini maskili b'sintomi kliniċi mhumiex adattati għall-istaġun ta' tgħammir li beda f'Settembru, speċjalment għat-trobbija tal-ovini.

Bosta riskji huma involuti:

jista’ jagħti l-każ li l-ovini maskili jkollhom sintomi kliniċi moħbijin u li l-bdiewa ma jkunux indunaw bihom. Il-possibbiltajiet li dawn ikunu sterili huma kbar.

l-użu tal-ovini maskili li jkollhom funzjonijiet ġenitali difettużi jista' jwassal għal rata għolja ta' ovini femminili li ma jinqabdux tqal. Jekk ma jittieħdux passi minn kmieni, il-produzzjoni ta' għoġiela/erħiet għall-istaġun tista' titqiegħed f'periklu totali.

Barra mill-kampanja ta' tilqim (tilqim iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea), il-Kunsill ġenerali ta’ Puy-de-Dôme jixtieq jimplimenta żewġ miżuri:

il-kontroll tal-isperma tal-annimali maskili (gniedes u mtaten): eżami mikroskopiku jagħti lok għal dijanjożi rapida u b'hekk jiġu eliminati l-annimali maskili li setgħu kienu f'kuntatt mal-marda bluetongue;

ekografija tal-annimali femminili (baqar, erħiet u nagħaġ): permezz tal-ekografija annimali femminili li ma jinqabdux tqal jistgħu jiġu indikati kmieni u b’hekk il-proċess jiġi ripetut biex jelimina kwalunkwe nagħġa li setgħet kellha kuntatt mal-bluetongue.

Dan sabiex:

jiġi limitat l-impatt negattiv li jiġi minn produzzjoni fl-2009 kompromessa minn livelli baxxi ta’ fertilità;

biex tkopri parzjalment l-użu regolari ta’ dawn it-testijiet għal razez affettwati mill-bluetongue.

Ir-raħħala ma huma ser jingħataw l-ebda għajnuna diretta: l-għajnuna ser tingħata lill-organizzazzjonijiet li se jkunu nkarigati li jwettqu l-operazzjonijiet sussidjati msemmija hawn fuq. Ser jiġi żgurat li l-ebda raħħal li l-intrapriża tiegħu ma tissodisfax il-kriterji Komunitarji tal-intrapriża żgħira u ta' daqs medju (SME), ma jibbenefika minn dawn is-servizzi sussidjati. B'riżerva li dawn l-għajnuniet jingħataw bħala servizzi sussidjati, aċċessibbli għar-raħħala kollha, mingħajr il-ħtieġa li jkunu assoċjati ma' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew strutturi oħrajn.

Settur(i) konċernat(i): is-setturi tat-trobbija tal-bovini, l-ovini u kaprini.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conseil général du Puy-de-Dôme

24 rue Saint Esprit

63033 Clermont-Ferrand Cedex 1

FRANCE

Indirizz tal-internet: http://deliberations.cg63.fr/NetelibInternetDocs/ConseilGeneral/2009/03/26/Deliberation/T0231.pdf

Tagħrif ieħor: —

Għajnuna Nru: XA 183/09

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Comunitat Valenciana

Skema ta’ għajnuna: Asociación criadores caballos de pura raza española de la Comunidad Valenciana.

Bażi legali: Resolución de la Consellera de Agricultura Pesca y Alimentación, que concede la subvención basada en una línea nominativa descrita en la ley 17/2008 de presupuestos de la Generalitat.

Nefqa annwali ppjanata: EUR 120 000 matul l-2009.

Intensità massima tal-għajnuna: 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tal-identifikazzjoni tal-applikazzjoni għal eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-iskema: Matul is-sena 2009.

Għan tal-għajnuna: Implimentazzjoni tal-Pjan għall-promozzjoni u t-tixrid taż-żiemel ta’ razza pura mrobbi fil-Comunitat Valenciana (l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).

L-iskema tkopri l-ispejjeż eliġibbli għall-materjal meħtieġ għall-ġestjoni tal-ktieb tar-razza, kif ukoll għas-servizzi mogħtija minn partijiet terzi (l-ikkompilar ta' mapep genealoġiċi u l-konsulenza teknika lill-bdiewa (l-Artikolu 16). Tkopri wkoll l-ispejjeż imnissla mill-implimentazzjoni tal-programm ta’ tixrid tal-użu taż-żiemel ta’ razza pura, u mill-organizzazzjoni ta’ avvenimenti ekwestri għal dan il-għan (l-Artikolu 15).

Setturi benefiċjarji: Is-sidien taż-żwiemel ta’ razza pura Spanjola u dawk li jrabbuhom.

Awtorità li tagħti l-għajnuna: Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación.

Indirizz tal-internet: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/precval09.pdf

Tagħrif ieħor: —


Top