Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0822(03)

Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ( ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1 , ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5 , ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11 , ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14 , ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31 , ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14 , ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12 , ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13 , ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5 , ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15 )

ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/9


Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1 , ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5 , ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11 , ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14 , ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31 , ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14 , ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12 , ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13 , ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5, ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15)

2009/C 198/04

Il-pubblikazzjoni tal-lista tal-permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huwa disponibbli aġġornament ta' kull xahar fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà.

IL-BELĠJU

Sostituzzjoni tal-lista ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

Certificat d'inscription au registre des étrangers

Bewijs van inschrijving in het vreemdelingenregister

Bescheinigung der Eintragung im Ausländer-register

(Ċertifikat tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-frustieri (verżjoni tal-karta): karta bajda li m'għadhiex tinħareġ, iżda tibqa’ valida sal-2013. Minflokha ddaħħlu l-Karta A jew Karta B elettroniċi, skont it-tip ta' qagħda fil-post li tista' tkun għal ftit żmien jew għal kollox)

Carte A: Certificat d’inscription au registre des étrangers — séjour temporaire

A kaart: Bewijs van inschrijving in het vreemdelingenregister — tijdelijk verblijf

A Karte: Bescheinigung der Eintragung im Ausländerregister — Vorübergehender Aufenthalt

(Karta A: ċertifikat tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-frustieri — qagħda temporanja: din hija karta elettronika, maħruġa mill-2007 'l hawn u tieħu post iċ-Ċertifikat abjad tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-frustieri. Hija maħruġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002. Tip ta' qagħda: temporanja. Il-karta nnifisha għandha l-istess validità daqs il-qagħda permessa)

Carte B: Certificat d’inscription au registre des étrangers

B Kaart: Bewijs van inschrijving in het vreemdelingenregister

B Karte: Bescheinigung der Eintragung im Ausländerregister

(Karta B: Ċertifikat tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-frustieri — qagħda permanenti. Din hija karta elettronika, maħruġa mill-2007 'l hawn u tieħu post iċ-Ċertifikat abjad tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-frustieri. Hija maħruġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju. Tip ta' qagħda: permanenti. Il-karta nnifisha għandha validità ta' 5 snin)

Carte d'identité d'étranger

Identiteitskaart voor vreemdelingen

Personalausweis für Ausländer

(Karta tal-Identità tal-Frustieri (verżjoni tal-karta): karta safra li m'għadhiex tinħareġ, iżda tibqa’ valida sal-2013. Minflokha ddaħħlet il-karta C elettronika. Tip ta' qagħda: permanenti)

Carte C: Carte d’identité d’étranger

C kaart: Identiteitskaart voor vreemdelingen

C Karte: Personalausweis für Ausländer

(Karta C: karta tal-identità tal-frustieri: din hija karta elettronika, maħruġa mill-2007 'l hawn u tieħu post il-karta tal-Identità safra tal-Frustieri. Hija maħruġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002. Tip ta' qagħda: permanenti. Il-karta nnifisha għandha validità ta' 5 snin)

Carte D: Permis de séjour de résident longue durée — CE

D Kaart: EG-verblijfsvergunning voor langdurig ingezetenen

D Karte: Langfristige Aufenthaltsberechtigung — EG

(Karta D: permess ta' residenza fl-UE għal resident għal medda twila ta' żmien, maħruġ skont id-Direttiva 2003/109/KE dwar l-istejtus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul — art. 8. Hija karta elettronika, maħruġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002. Tip ta' qagħda: permanenti. Il-karta nnifisha għandha validità ta' 5 snin)

Carte F: Carte de séjour de membre de la famille d’un citoyen de l’Union

F kaart: Verblijfskaart van een familielid van een burger van de Unie

F Karte: Aufenthaltskarte für Familieangehörige eines Unionsbürgers

(Karta F: karta tar-residenza għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni, maħruġa skont id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri — art. 10. Hija karta elettronika. Tip ta' qagħda: permanenti. Il-karta nnifisha għandha validità ta' 5 snin)

Carte F+: Carte de séjour permanent de membre de la famille d’un citoyen de l’Union

F+ kaart: Duurzame verblijfskaart van een familielid van een burger van de Unie

F+ Karte: Daueraufenthaltskarte für Familieangehörige eines Unionsbürgers

(Karta F+: karta tar-residenza permanenti għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni, maħruġa skont id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri – art. 10. Tip ta' qagħda: permanenti. Il-karta nnifisha għandha validità ta' 5 snin)

Permessi ta' residenza speċjali maħruġin mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin:

Carte d'identité diplomatique

Diplomatieke identiteitskaart

Diplomatischer Personalausweis

(Karta tal-identità ta' Persuna fis-Servizz Diplomatiku)

Carte d'identité consulaire

Consulaat identiteitskaart

Konsularer Personalausweis

(Karta tal-Identità Konsulari)

Carte d'identité spéciale — couleur bleue

Bijzondere identiteitskaart — blauw

Besonderer Personalausweis — blau

(Karta tal-Identità Speċjali –ta’ lewn ikħal)

Carte d'identité spéciale — couleur rouge

Bijzondere identiteitskaart — rood

Besonderer Personalausweis — rot

(Karta tal-Identità Speċjali –ta’ lewn aħmar)

Certificat d'identité pour les enfants âgés de moins de cinq ans des étrangers privilégiés titulaires d'une carte d'identité diplomatique, d'une carte d'identité consulaire, d'une carte d'identité spéciale — couleur bleue ou d'une carte d'identité — couleur rouge

Identiteitsbewijs voor kinderen, die de leeftijd van vijf jaar nog niet hebben bereikt, van een bevoorrecht vreemdeling dewelke houder is van een diplomatieke identiteitskaart, consulaire identiteitskaart, bijzondere identiteitskaart — blauw of bijzondere identiteitskaart — rood

Identitätsnachweis für Kinder unter fünf Jahren, für privilegierte Ausländer, die Inhaber eines diplomatischen Personalausweises sind, konsularer Personalausweis, besonderer Personalausweis — rot oder besonderer Personalausweis — blau

(Karta tal-identità għal tfal, taħt l-età ta’ ħames snin, ta’ frustieri li f'isimhom ikunu maħruġin karti tal-identità diplomatiċi, karti tal-identità konsulari, karti tal-identità speċjali koħol jew karti tal-identità speċjali ħomor)

Certificat d'identité avec photographie délivré par une administration communale belge à un enfant de moins de douze ans

Door een Belgisch gemeentebestuur aan een kind beneden de 12 jaar afgegeven identiteitsbewijs met foto

Von einer belgischen Gemeindeverwaltung einem Kind unter dem 12. Lebensjahr ausgestellter Personalausweis mit Lichtbild

(Ċertifikat tal-identità b’ritratt maħruġ mill-komuni Belġjani għal tfal taħt it-tnax-il sena)

Lista ta' persuni li jieħdu sehem f'ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea.

FRANZA

Emenda għal-lista ppubblikata fil-ĠU C 57, 1.3.2008

It-tip ta' permess ta' residenza li ġej għandu jiżdied mal-inċiż (a) “Titre de séjours spéciaux (Permessi ta' residenza speċjali )” tat-Taqsima 1:

“—

Titre de séjour spécial portant la mention ‘FI/M’ délivré aux fonctionnaires internationaux des organisations internationales

(Permess ta' residenza speċjali mmarkat ‘FI/M’ maħruġ lil uffiċjali internazzjonali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali)”.

L-UNGERIJA

Sostituzzjoni tal-lista ppubblikata fil-ĠU C 3, 8.1.2009

Bevándoroltak részére kiadott személyazonosító igazolvány

(Dokument ikħal f'forma ta' ktejjeb jew karta maħruġ għal residenti permanenti – wara l-1.1.2000 iddaħħlet u bdiet tinħareġ karta b'format ġdid)

Bevándoroltak és letelepedettek részére kiadott tartózkodási engedély, matrica nemzeti útlevélben elhelyezve

(Permess ta' residenza għal dawk li għandhom permess jew stiker ta' immigrazzjoni jew qagħda fil-passaport nazzjonali; maħruġ skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002

Data tal-ħruġ: mill-1 ta' Lulju 2007.

Fir-rubrika MEGJEGYZÉSEK (kummenti) fil-każ tat-tipi ta' permessi ta' residenza li ġejjin:

(a)

“bevándorlási engedély” – għall-permess tal-immigrazzjoni;

(b)

“letelepedési engedély” – għall-permess biex toqgħod;

(c)

“ideiglenes letelepedési engedély” – għall-permess għal residenza temporanja;

(d)

“nemzeti letelepedési engedély” – għall-permess nazzjonali għall-qagħda fil-pajjiż;

(e)

“huzamos tartózkodási engedéllyel rendelkező- EK” — għall-permess biex toqgħod fil-KE)

Tartózkodási engedély

(Permess ta' residenza – fil-forma ta' stiker imwaħħla ma' passaport nazzjonali; maħruġ skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002)

Letelepedési engedély

(Permess ta' residenza permanenti, akkumpanjat minn passaport nazzjonali li jindika l-ħruġ tal-awtorizzazzjoni għal residenza permanenti

Tip: karta laminata

Data tal-ħruġ: bejn l-2002 – l-2004

Validità: sa 5 snin mid-data tal-ħruġ, iżda mhux aktar tard mill-2009)

Tartózkodási engedély az Európai Gazdasági Térség Állampolgárai (EGT) és családtagjai számára

(Permess ta' residenza għal ċittadini taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u għall-membri tal-familja tagħhom

Tip: karta laminata, dokument ibbażat fuq il-karta, b'żewġt uċuh, f'format ID-2 (105 x 75 mm) li għandu kisja laminata li teħel bis-sħana.

Maħruġ: mill-2004 'l quddiem.

Validità: sa ħames snin, iżda sa mhux aktar tard mid-29 ta' Ġunju 2012)

Állandó tartózkodási kártya

(Karta tar-residenza permanenti, flimkien ma' passaport nazzjonali

Data tal-introduzzjoni: L-1 ta' Lulju 2007, fuq il-bażi tal-Att I tal-2007 dwar id-dħul tal-persuni li għandhom id-dritt għal moviment ħieles u għar-residenza.

Fil-każ li tinħareġ għal ċittadini taż-ŻEE u għall-membri tal-familja tagħhom li jgawdu mid-dritt għal residenza permanenti, hija valida flimkien ma' karta tal-identità nazzjonali jew passaport nazzjonali.

Fil-każ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, hija valida biss flimkien ma' passaport nazzjonali)

Tartózkodási kártya EGT-állampolgár családtagja részére

(Karta tar-residenza għall-membri tal-familja taċ-ċittadini taż-ŻEE)

Data tal-introduzzjoni: L-1 ta' Lulju 2007, fuq il-bażi tal-Att I tal-2007 dwar id-dħul tal-persuni li għandhom id-dritt għal moviment ħieles u għal residenza; validità: perjodu massimu ta' ħames snin. Il-dokumenti ibbażat fuq il-karta, b'żewġt uċuh, huwa f'format ID-2, b'kisja laminatata li teħel bis-sħana.

Fir-rubrika “EGYÉB MEGJEGYZÉSEK” (kummenti oħrajn): “tartózkodási kártya EGT-állampolgár családtagja részére” (karta tar-residenza għall-membri tal-familja ta' ċittadini taż-ŻEE)

Tartózkodási kártya magyar állampolgár harmadik ország állampolgárságával rendelkező családtagja részére

(Karta tar-residenza ta' membri tal-familja ta' ċittadini Unġeriżi li huma ċittadini ta' pajjiżi terzi)

Tip: stiker imwaħħla ma' passaport nazzjonali

Data tal-ħruġ: mill-1 ta' Lulju 2007, għadu fis-seħħ

Validità: ħames snin mid-data tal-ħruġ

Tikketta “Tartózkodási engedély” (“Permess ta' residenza”)

Fir-rubrika ta' “AZ ENGEDÉLY TÍPUSA” (it-tip tal-permess): “Tartózkodási kártya” (karta tar-residenza)

Fir-rubrika ta' “MEGJEGYZÉSEK” (kummenti): “tartózkodási kártya magyar állampolgár családtagja részére” (karta tar-residenza ta' membri tal-familja ta' ċittadini Ungeriżi li huma ċittadini ta' pajjiżi terzi)

Humanitárius tartózkodási engedély

(Permess tar-residenza umanitarju

Tip: f'forma ta' karta, akkumpanjata minn passaport nazzjonali; maħruġ skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002)

Rimarka:

Il-permess ta' residenza umanitarju maħruġ għal persuni li jfittxu l-kenn politiku (b’konformità mas-Sezzjoni 29. (1) c) tal-Att II tal-2007) jew għal persuni li huma projbiti milli jidħlu u joqogħdu (skont l-Art.25 tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim Schengen) l-utent jista' joqgħod biss l-Ungerija u ma jistax jivvjaġġja la fi ħdan l-UE u lanqas jaqsam il-fruntieri esterni.

Dokumenti oħrajn:

A menedékes személyazonosságát és tartózkodási jogát igazoló dokumentum

(Dokument li jiċċertifika l-identità u d-dritt ta' residenza tal-benefiċjarji ta' protezzjoni temporanja flimkien mal-passaport nazzjonali; maħruġ skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002)

Menekült, illetve oltalmazott személyek részére kiadott magyar személyazonosító igazolvány menekültek esetén a konvenciós úti okmánnyal, oltalmazottak esetén a magyar hatóságok által kiállított úti okmánnyal együtt

(Karta tal-identità maħruġa għal refuġjati u għal persuni li jgawdu mid-dritt għal protezzjoni sussidjarja

Fil-każ ta' refuġjati, hija valida flimkien ma' dokument tal-ivvjaġġar maħruġ skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951

Fil-każ ta' persuni li jgawdu minn protezzjoni sussidjarja, hija valida ma' dokument tal-ivvjaġġar maħruġ f'isem persuni li jgawdu minn protezzjoni sussidjarja)

Diáklista

(Lista ta' persuni li jieħdu sehem f'ġita skolastika fi ħdan l-UE)

Igazolvány diplomáciai képviselők és családtagjaik részére

(Ċertifikat speċjali għal diplomatiċi u l-membri tal-familja tagħhom (karta tal-identità ta' persuna fis-servizz diplomatiku), flimkien ma' viża D maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, jekk ikun meħtieġ)

Igazolvány konzuli képviselet tagjai és családtagjaik részére

(Ċertifikat speċjali għall-membri ta' karigi konsulari u għall-membri tal-familja tagħhom (karta tal-identità konsulari), flimkien ma' viża D, jew ma' permess ta' residenza fil-format uniformi (stiker) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 maħruġ mill-MAB (1), jekk ikun meħtieġ)

Igazolvány képviselet igazgatási és műszaki személyzete és családtagjaik részére

(Ċertifikat speċjali għall-membri tal-istaff amministrattiv u tekniku ta' missjonijiet diplomatiċi u għall-membri tal-familja tagħhom, flimkien ma' viża D, jew ma' permess tar-residenza fil-format uniformi (stiker) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 maħruġ mill-MAB (1), jekk ikun meħtieġ)

Igazolvány képviselet kisegítő személyzete, háztartási alkalmazottak és családtagjaik részére

(Ċertifikat speċjali għall-membri tal-istaff tas-servizz ta' missjonijiet diplomatiċi, qaddejja privati u l-membri tal-familja tagħhom, flimkien ma' viża D, jew ma' permess tar-residenza fil-format uniformi (stiker) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 maħruġ mill-MAB (1), jekk ikun meħtieġ)

IL-POLONJA

Sostituzzjoni tal-lista ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

1.

Karta pobytu (Karta tar-residenza, Serje “KP”, maħruġa wara l-1 ta’ Lulju 2001 u Serje “PL”, maħruġa wara l-1 ta’ Settembru 2003)

Karta tar-residenza għal frustier li jkun kiseb:

permess tar-residenza għal perjodu definit ta' żmien,

permess biex joqgħod,

permess tar-residenza ta' resident fil-KE għal medda twila ta' żmien (maħruġ mill-1 ta' Ottubru 2005 'l hawn)

stejtus ta' refuġjat,

protezzjoni sussidjarja,

kunsens għal qagħda ttollerata.

2.

Karta stałego pobytu (Karta tar-residenza permanenti, serje “XS”, maħruġa qabel it-30 ta' Ġunju 2001)

Karta tar-residenza permanenti għal frustier li jkun kiseb permess tar-residenza permanenti. Valida għal 10 snin. L-aħħar karta ta' din l-edizzjoni hija valida sad-29 ta' Ġunju 2011.

3.

Karta stałego pobytu członka rodziny obywatela Unii Europejskiej (Karta tar-residenza permanenti ta' membru tal-familja ta' ċittadin tal-UE, serje “UP”, maħruġa mis-6 ta' Ottubru 2007 'l hawn)

Karta pobytu członka rodziny obywatela Unii Europejskiej (Karta tar-residenza ta' membru tal-familja ta' ċittadin tal-UE, serje “UK”, maħruġa mis-6 ta' Ottubru 2007 'l hawn).

4.

Karti speċjali tal-akkreditazzjoni maħruġin mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin:

Legitymacja dyplomatyczna (Karta diplomatika)

Maħruġa lill-ambaxxaturi akkreditati u l-membri tal-istaff diplomatiku tal-missjonijiet

Legitymacja konsularna (zielona) (Karta konsulari – ħadra)

Maħruġa lill-kapijiet ta' karigi konsulari u l-membri tal-istaff konsulari

Legitymacja konsularna (żółta) (Karta konsulari – safra)

Maħruġa lil konsli onorarji

Legitymacja służbowa (Karta tas-servizz)

Maħruġa lill-membri tal-istaff amministrattiv, tekniku u tas-servizz tal-missjonijiet

Zaświadczenie (Ċertifikat)

Maħruġ lil kategoriji oħrajn ta' frustieri minbarra dawk imsemmijin hawn fuq fil-punt 4, li huma awtorizzati li jibbenefikaw mill-immunità diplomatika u konsulari għal raġunijiet ta' atti, ftehimiet jew konswetudnijiet internazzjonali.


(1)  Il-permessi tar-residenza maħruġin qabel l-1 ta' Mejju 2009 wkoll huma validi sad-data indikata fuq il-permess tar-residenza.


Top