This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009XC0822(02)
Information communicated by Member States regarding State aid granted under Commission Regulation (EC) No 1857/2006 on the application of Articles 87 and 88 of the EC Treaty to State aid to small and medium-sized enterprises active in the production of agricultural products and amending Regulation (EC) No 70/2001
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
ĠU C 198, 22.8.2009, p. 4–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 198/4 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
2009/C 198/03
Għajnuna Nru: XA 55/09
Stat Membru: Il-Latvja
Reġjun: —
Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi għajnuna individwali: Atbalsta shēma “Atbalsts lauku un lauksaimnieku biedrību un nodibinājumu savstarpējās sadarbības veicināšanai”
Bażi Ġuridika: Ministru kabineta noteikumu “Noteikumi par ikgadējo valsts atbalstu lauksaimniecībai un tā piešķiršanas kārtību” 5. pielikuma 1. programma 1.-9. punkts
Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: L-ammont totali skont l-iskema ta' għajnuna fl-2009: LVL 550 000
L-ammont totali skont l-iskema ta' għajnuna fl-2010: LVL 550 000
L-ammont totali skont l-iskema ta' għajnuna fl-2011: LVL 550 000
L-ammont totali skont l-iskema ta' għajnuna fl-2012: LVL 550 000
L-ammont totali skont l-iskema ta' għajnuna fl-2013: LVL 550 000
Intensità massima tal-għajnuna: Għajnuna għall-promozzjoni ta' kooperazzjoni reċiproka bejn assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet rurali u tal-bdiewa li jipprovdu servizzi lill-bdiewa qed tingħata b'rata ta' 100 % fil-każ ta' servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi fir-rigward tat-tariffi mħallsa għal servizzi li ma jikkostitwux attività kontinwa jew perjodika kif ukoll li ma jirrelatawx man-nefqa operattiva tal-impriża.
L-għajnuna qed tingħata lill-assoċjazzjonijiet u fundazzjonijiet rurali u tal-bdiewa sabiex tkopri n-nefqa operattiva għall-provvista ta' servizzi.
Data ta' implimentazzjoni: l-1 ta' Marzu 2009
Tul ta’ żmien tal-iskema jew l-għoti tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta' Diċembru 2013
Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna huwa li jiġu nvoluti assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet rurali u tal-bdiewa fil-proċess tat-teħid tad-deċi¿joni u biex jiġi ¿gurat il-fluss tal-informazzjoni bejn awtoritajiet amministrattivi nazzjonali, istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-komunità agrikola.
L-għajnuna mill-Istat qed tingħata skont l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001.
Settur(i) konċernat(i): L-għajnuna hija intenzjonata għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli.
L-għajnuna hija intenzjonata għas-setturi tal-produzzjoni tal-annimali u għall-produzzjoni tal-pjanti.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Latvijas Republikas Zemkopības ministrija |
Rīga, LV-1981 |
LATVIJA |
Websajt: http://www.zm.gov.lv/doc_upl/Atbalsts_NVO.pdf
Tagħrif ieħor: L-għajnuna għall-promozzjoni ta' kooperazzjoni reċiproka bejn assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet rurali u tal-bdiewa se tingħata skont l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001.
L-għajnuna se tingħata f'forma ta' servizzi ssussidjati u ma' tinvolvix pagamenti diretti ta' flus lill-produtturi, u l-għajnuna se tkun aċċessibli għal dawk kollha eliġibbli fiż-żona kkonċernata, abbażi ta' kundizzjonijiet definiti b'mod oġġettiv.
L-ebda għajnuna ma tibqa′ għand xi impriża intermedjarja; l-għajnuna kollha tgħaddi għand il-benefiċjarji finali.
L-għajnuna mhix ser tingħata retroattivament għal attivitajiet li diġà jkunu twettqu mill-benefiċjarju.
Għajnuna Nru: XA 56/09
Stat Membru: Il-Latvja
Reġjun: —
Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi għajnuna individwali: Atbalsta shēma “Atbalsts kredītprocentu daļējai dzēšanai”
Bażi ġuridika: Ministru kabineta noteikumu “Noteikumi par valsts atbalstu lauksaimniecībai un tā piešķiršanas kārtību” 6. pielikums 1. programma 1-15. punkts
In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: L-ammont totali skont l-iskema ta' għajnuna fl-2009: LVL 10 000 000
L-ammont totali skont l-iskema ta' għajnuna fl-2010: LVL 10 000 000
L-ammont totali skont l-iskema ta' għajnuna fl-2011: LVL 10 000 000
L-ammont totali skont l-iskema ta' għajnuna fl-2012: LVL 10 000 000
L-ammont totali skont l-iskema ta' għajnuna fl-2013: LVL 10 000 000
Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità tal-għajnuna hija bejn l-40-60 % u l-għajnuna tista' tittieħed minn applikanti attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli primarji li akkwistaw ftehim ta' self jew ta' kiri għall-investimenti fi:
L-għajnuna tkopri parti mill-imgħaxijiet attwalment imħallsa fuq il-ftehim ta' self jew kiri (ħlief kiri operattiv). L-ammont tal-għajnuna huwa l-ammont li ma jkunx aktar minn 4 % tar-rata ta' kreditu annwali, jew ir-rata attwali, jekk ir-rata ta' kreditu hija anqas minn 4 %.
L-ammont tal-għajnuna għandu jiġi kkalkulata f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-ammont tal-għajnuna ma jistax ikun aktar minn:
Data ta' implimentazzjoni: it-2 ta' Marzu 2009
Tul ta’ żmien tal-iskema jew l-għoti tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta' Diċembru 2013
Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna huwa li jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' produzzjoni agrikola razzjonali u effiċjenti billi jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni u jiġu introdotti teknoloġiji ta' produzzjoni moderni.
L-għajnuna qed tingħata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001.
Settur(i) konċernat(i): L-għajnuna hija maħsuba għal impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Zemkopības ministrija |
Rīga 2.2.2009. |
Latvijas Republikas Zemkopības ministrija |
Rīga, LV-1981 |
LATVIJA |
Websajt: http://www.zm.gov.lv/doc_upl/kreditprocentu_kompensacijas.pdf
Tagħrif ieħor: L-għajnuna mhix ser tingħata retroattivament għal attivitajiet li diġà jkunu twettqu mill-benefiċjarju.
L-ammont massimu ta' għajnuna mogħtija lil impriża individwali fuq perjodu ta' tliet snin ma għandux jaqbeż LVL 281 120 (EUR 400 000), jew LVL 351 400 (EUR 500 000) jekk l-impriża tinsab f'żona żvantaġġata.
Għandha tingħata għajnuna biss lill-impriżi li mhumiex impriżi f'diffikultà.
Skont l-Artikolu 4(10) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, ma għandiex tingħata għajnuna għall-fabbrikazzjoni ta' prodotti li jimitaw jew jissostitwixxu l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.
Għajnuna Nru: XA 129/09
Stat Membru: Franza
Reġjun: Département des Yvelines
Titlu tal-iskema ta’ għajnuna: Aides aux investissements dans les exploitations agricoles du département
Bażi ġuridika:
— |
article 4 du règlement (CE) no 1857/2006 de la Commission du 15 décembre 2006, |
— |
article L 1511-2 à L 1511-5 du code général des collectivités territoriales, |
— |
délibération du Conseil Général, |
— |
convention entre la Chambre Interdépartementale de l’Agriculture d’Ile-de-France, l’Etat et le Conseil Général des Yvelines du 25 avril 2002 et son avenant du 20 juillet 2006. |
Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema ta' għajnuniet: EUR 230 000 fis-sena
L-intensità massima tal-għajnuna:
— |
40 % għal xogħol ta' sikurezza għall-ħżin tal-fertilizzant likwidu u prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u xogħol sabiex jinħolqu żoni tal-mili u tat-tindif għall-bexxiexa |
— |
10 % fil-każijiet l-oħra. |
Data tal-implimentazzjoni: Mill-pubblikazzjoni tal-eżenzjoni fuq is-sit tal-Kummissjoni.
Tul ta' żmien tal-iskema tal-għajnuna: Sal-31 ta' Diċembru 2013
Għan tal-għajnuna: Din l-iskema ta' għajnuna għandha l-għan li tgħin lill-impriżi agrikoli ta' Yvelines jilqgħu għall-pressjoni urbana għolja li hemm f'dak id-département, u tagħmilha possibbli li l-agrikoltura żżomm postha fit-territorju u tiġi ssalvagwardjata.
Din hija t-tkomplija tal-iskema ta' għajnuna li kienet ġiet notifikata lill-Kummissjoni Ewropea u approvata minnha bin-numri N 607/2001 u N 137/2005. Il-Conseil Général jixtieq ikompliha billi jġibha konformi mal-qafas tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, bil-kundizzjonijiet rilevanti osservati.
Din id-dispożizzjoni hija fil-fatt essenzjali għad-département. Toriġina proġetti għat-titjib sew tal-kwalità ambjentali sew tar-rendiment ekonomiku tal-agrikoltura f'Yvelines.
Id-dispożizzjoni tad-département għamlet possibbli l-promozzjoni tal-investiment fl-impriżi. Il-limitu massimu tar-rata tal-għajnuna ta' 10 % ta' 11 000 EUR (fil-biċċa l-kbira tal-każijiet) ħtieġ kontribut konsiderevoli mill-bidwi u għalhekk kien primarjament inċentiv. Mill-2002, l-applikazzjonijiet għall-għotjiet komplew jiżdiedu, u telgħu minn 6 fl-2002 għal kważi 50 fl-2007.
Dejjem hemm ħafna proġetti. Huwa għalhekk li l-Conseil Général jixtieq skema ġdida ta' għajnuna li tipprovdi għal baġit kumplessiv ta' 230 000 EUR.
Iż-żieda għal rata ta' għajnuna ta' 40 % fl-2005 għal xogħol ta' sikurezza fuq it-tagħmir għall-ħżin tal-fertilizzant likwidu u prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, kienet effettiva ħafna u għamlet possibbli t-twaqqif ta' 41 sit tal-ħarsien tal-pjanti u 23 tank tal-ħżin għall-kontenituri tal-fertilizzant likwidu fl-impriżi agrikoli ta' Yvelines. Dan l-inċentiv se jiġġedded sabiex jiżdiedu l-impriżi kkonċernati u jonqsu proporzjonalment ir-riskji ta' tniġġis aċċidentali tal-ilma.
Barra minn hekk, il-Conseil Général adatta d-dispożizzjonijiet għall-kwistjonijiet nazzjonali ġodda billi ppromwova investimenti marbuta maċ-ċertifikazzjoni tal-valur ambjentali għoli tal-impriżi agrikoli mwaqqfa mill-Grenelle de l’Environnement.
L-investimenti eliġibbli jeħtiġilhom jissodisfaw tal-anqas waħda mill-prijoritajiet li ġejjin, li jikkorrispondu tal-anqas għall-miri tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) no 1857/2006:
il-preżervazzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ilma, bħal xogħlijiet marbuta ma' infrastruttura sikura għall-ħżin ta' prodotti ta' riskju (fjuwil, fertilizzanti, prodotti għall-ħarsien tal-pjanti) u l-mili tat-tagħmir tat-trattament, tagħmir marbut mal-addattament tat-tagħmir tat-trattament (tank tat-tlaħliħ, landa tat-tlaħliħ, żnienen għall-bexx, tagħmir għad-dożaġġ, u l-bqija) maħsub biex inaqqas it-tniġġis, ix-xogħlijiet addizzjonali għax-xogħol tat-titjib tal-binjiet għat-trobbija tal-bhejjem jekk imorru lil hinn mill-istandards Komunitarji, tagħmir għat-titjib tal-effettività tal-agrikoltura ta' preċiżjoni;
il-preżervazzjoni tal-ambjent, bħaċ-ċertifikazzjoni tal-valur ambjentali għoli, proġetti li jinkludu tagħmir għall-ġestjoni aħjar tar-riżorsi tal-ilma maħsuba għall-agrikoltura jew investimenti li jippermettu l-adozzjoni ta' prattiki ta' kultivazzjoni li jħarsu aktar l-ambjent arborikulturali b'mod partikolari (tagħmir ta' kontroll bi prestazzjoni għolja biex jikkontrolla u jomoġenizza l-provvista tal-ilma, tagħmir li jivvalorizza l-ħtiġijiet tal-ilma, bħat-tensjometri);
il-modernizzazzjoni tal-impriżi speċjalizzati, bħal investimenti sabiex tinbeda impriża agrikola ġdida (spieri meta jkunu essenzjali), investimenti li jġibu titjib fil-kwalità, il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni jew il-kundizzjonijiet iġeniċi, jew tnaqqis fl-ispiża tal-produzzjoni (l-istallazzjoni ta' għata parabolika, il-bini ta' mina, l-immuntar ta' sistema ta' tisqija), ix-xiri ta' tagħmir innovattiv għall-ħarsien ambjentali;
it-titjib tal-kwalità u tas-sikurezza alimentari, bħall-investimenti għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħżin (imħażen tat-tkessiħ, imħażen), tagħmir għall-ventilazzjoni u l-ikklassifikar tal-qmuħ fl-impriża, tagħmir u faċilitajiet għat-titjib tal-kwalità u s-sikurezza alimentari ta' wċuħ bikrin (patata) fl-impriża;
proġetti ta' diversifikazzjoni, bħal binijiet u faċilitajiet marbuta mal-bhejjem għad-“diversifikazzjoni” jew prati mill-produzzjoni ta' tip reġjonali jew tal-marka jew li għandu tikketta (modifika ta' binja għaż-żamma tal-bhejjem, ħżin tal-magħlef u taċ-ċereali għall-għalf tal-annimali, il-ħolqien ta' box għat-trobbija taż-żwiemel), tagħmir jew faċilitajiet għall-ħżin ta' wċuħ bikrin b'rabta mal-produzzjoni tad-diversifikazzjoni tal-kwalità jew imfassla biex ittejjeb il-produzzjoni reġjonali.
Ikun xi jkun l-orjentament strateġiku u n-natura tal-investimenti kkonċernati, huma esklużi l-operazzjonijiet ta’ sostituzzjoni sempliċi. Barra minn hekk, mhuwiex eliġibbli l-materjal second-hand.
Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, ix-xiri tat-tagħmir għat-tisqija u l-ħidmiet marbuta miegħu jistgħu jiġu appoġġati biss jekk iwasslu għal tnaqqis fl-użu tal-ilma ta' mill-inqas 25 %.
Għan-nefqa kollha tal-investiment fl-impriżi agrikoli stabbiliti f'din l-iskema, il-Conseil Général jipprovdi għall-għajnuna ta' ristrutturazzjoni għall-bdiewa li l-faċilitajiet tagħhom jikkonformaw mal-istandards ambjentali, iġeniċi u tal-benessri tal-annimali.
Fir-rigward tar-rati, id-dispożizzjoni tipprevedi għajnuniet ta' 10 %, b'limitu massimu ta' EUR 11 000. It-tagħmir tal-ħżin tal-fertilizzant likwidu u l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li huma eċċezzjonijiet huma ssusidjati b'40 % (b'imitu massimu ta' EUR 4 500 għal kull biċċa tagħmir).
Dawn l-għajnuniet jistgħu jissupplimentaw għajnuna oħra. F'dak il-każ, tkun dejjem żgurata l-osservanza tal-limiti massimi:
40 % (massimu) tal-investimenti eliġibbli,
50 % (massimu) tal-investimenti eliġibbli jekk isiru minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin minn meta jiftħu l-impriża,
60 % (massimu) ta' investimenti li jirriżultaw fi spejjeż żejda marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent, it-titjib tal-kundizzjonijiet iġeniċi tal-impriżi tat-trobbija tal-bhejjem jew il-benessri tal-annimali tar-razzet.
Iż-żieda fir-rata fir-rigward tal-ambjent, l-iġene jew il-benessri tal-annimali se tiġi applikata biss għall-ispejjeż eliġibbli meħtieġa għall-għan tat-titjib, limitat għall-investimenti li ma jirriżultawx f'żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni u li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi fis-seħħ jew magħmula jikkonformaw ma' standards li għadhom kemm iddaħħlu, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 2 (10) u 4( 2. e) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Settur(i) konċernat(i): L-impriżi agrikoli kollha li jwettqu l-attività tagħhom fi ħdan id-département ta' Yvelines.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Monsieur le président du Conseil général des Yvelines |
Hôtel du département |
2 place André Mignot |
78012 Versailles Cedex |
FRANCE |
Indirizz tal-internet: http://www.yvelines.fr/yvelines_eco/documents/aide_invest_exploit_agri.pdf
Għajnuna Nru: XA 145/09
Stat Membru: Spanja
Reġjun: Comunitat Valenciana
Titlu tal-iskema ta’ għajnuna: Ayuda al Centro Integrado Apícola Valenciano.
Bażi legali: Resolución de la Consellera de Agricultura Pesca y Alimentación, que concede la subvención basada en la línea nominativa descrita en la ley 17/2008 de presupuestos de la Generalitat.
Nefqa annwali ppjanata: EUR 50 000 matul is-sena 2009.
Intensità massima tal-għajnuna: 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.
Tul ta' żmien tal-iskema: Matul is-sena 2009.
Għan tal-għajnuna: Il-provvista tas-servizzi li ġejjin lill-apikulturi tal-Comunitat Valenciana u l-organizzazzjonijiet tagħhom:
L-analiżi, il-verifika sanitarja u miżuri oħra ta’ detezzjoni tal-mard tal-kaxex tan-naħal.
L-analiżi u s-sistemi li jiggarantixxu r-rispett tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-għasel u prodotti oħra tal-apikultura.
L-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuna huma dawk stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006, fl-Artikolu 10 (verifiki sanitarji pprovduti permezz ta’ servizzi sussidjati, mingħajr ħlas dirett lill-produtturi) u l-Artikolu 14(2)(b) (l-introduzzjoni ta’ sistemi li jiggarantixxu r-rispett tal-awtentiċità u l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni).
Setturi benefiċjarji: Is-sidien tal-azjendi tal-apikultura tal-Comunitat Valenciana, u l-organizzazzjonijiet tagħhom.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación |
C/ Amadeo de Saboya, 2 |
46010 Valencia |
ESPAÑA |
Indirizz tal-internet: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/ciav2009.pdf
Għajnuna Nru: XA 159/09
Stat Membru: L-Italja
Reġjun: Emilia-Romagna (Il-Kamra tal-Kummerċ ta’ Bologna)
Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Regolamento camerale per l’assegnazione alle imprese della provincia di bologna di contributi in conto abbattimento interessi per l’accesso al credito
Bażi legali: Deliberazione della Giunta camerale n. 42 del 3 marzo 2009 che modifica il regime approvato con deliberazione di Giunta n. 185 del 16 settembre 2008 (XA number: 372/08).
Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont annwali kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Konfermata n-nefqa annwali tal-għajnuna XA 372/08
Intensità massima tal-għajnuna: Konfermata l-intensità tal-għajnuna XA 372/08
Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.
Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali:
Għan tal-għajnuna: Konfermati l-għanijiet tal-għajnuna XA 372/08
Settur(i) konċernat(i): Konfermati is-setturi tal-għajnuna XA 372/08
Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:
Camera di Commercio I.A.A. di Bologna |
Piazza Mercanzia 4 |
40125 Bologna BO |
ITALY |
Sit tal-internet: http://www.bo.camcom.it/intranet/ALTRI-SERV/DIRITTO-AN/Consorzi-F/index.htm
Tagħrif ieħor: L-uniċi tibdil li saru għall-għajnuna XA 372/08 għandhom x'jaqsmu esklussivament ma':
il-possibbiltà li jinkiseb ukoll kontribut għall-finanzjamenti mogħtija mill-kumpaniji finanzjarji rikonoxxuti (fil-bidu kien previst biss għas-self mill-banek);
l-introduzzjoni fil-ġejjieni tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-kontribut b'mod elettroniku minflok bil-miktub;
ir-reviżjoni tal-modi kif ikunu ppreżentati l-applikazzjonijiet (fi żmien 60 jum mid-data tal-komunikazzjoni tal-iskema ta' finanzjament min-naħa tal-istituzzjoni ta' kreditu jew finanzjarja, fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mit-30 ta' April tas-sena ta' wara dik li fiha jkun ġie ffissat l-ogħla limitu).
Bologna, 8 April 2009.
President of the Bologna Chamber of Commerce
Bruno FILETTI