EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0804(03)

Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU C 181, 4.8.2009, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/4


Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej

2009/C 181/04

Skont l-Artikolu 9(1)(a), it-tieni inċiż, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej (2) huma emendati kif ġej:

Paġna 395

Għandu jiġi inserit it-test li ġej bejn in-Nota ta' Spjegazzjoni NM għas-subintestaturi 9503 00 41 u 9503 00 49 u n-Nota ta' Spjegazzjoni NM għas-subintestaturi 9503 00 75 u 9503 00 79:

9503 00 70   Ġugarelli oħrajn, ippreżentati f’settijiet jew f’tagħmir

‘Settijiet’ f'din is-subintestatura jikkonsistu f'żewġ tipi differenti ta' oġġetti jew iktar (prinċipalment għad-divertiment), poġġuti fl-istess pakkett biex jiġu mibjugħa bl-imnut mingħajr ma jerġgħu jiġu ppakkjati.

Oġġetti tal-istess sottointestaura, eskluż dawk li huma koperti bis-subintestatura 9503 00 95 jew 9503 00 99 (ladarba dawn is-subintestaturi jistgħu jinkludi oġġetti mixellanji ta’ tipi differenti), m’għandhomx ikunu ikkunsidrati oġġetti ta' tipi differenti.

Minbarra dawk l-oġġetti li jiffurmaw sett, aċċessorji sempliċi jew oġġetti ta’ importanza minuri maħsuba biex jiġu użati mal-oġġetti (pereżempju, karrotta tal-plastik jew xkupilja għal animali tal-logħob) jistgħu jkunu preżenti.

Skont in-Nota 4 ma Kapitolu 95, din is-subintestatura tinkludi settijiet maħsuba għad-divertiment tat-tfal, li jikkonsistu f’oġġetti tal-intestatura 9503 flimkien ma oġġett jew iktar li, jekk preżentati weħedhom, ikunu kklassifikati taħt intestaturi oħrajn, sakemm it-taħlit ikollu essenzjalment il-karattru ta’ ġugarell. Eżempji huma:

settijiet li jikkonsistu f’ġugarelli f’għamla ta’ forom għall-injezzjoni u forom għall-pasta għall-immodellar flimkien ma oġġetti oħra bħall tubi jew ċangaturi taż-żebgħa, pasta għall-immodellar, lapsijiet u ġibs,

settijiet kosmetiċi għat-tfal li fihom oġġetti tal-intestatura 9503 flimkien ma preparati tal-intestatura 3304.

Madanakollu, settijiet kosmetiċi għat-tfal li fihom preparati tal-intestatura 3304 li ma fihomx oġġetti mill-intestatura 9503 huma esklużi (intestatura 3304).

‘Tagħmir’ f’din is-subintestatura jikkonsisti f’żewġ oġġetti differenti jew iktar imqiegħda fl-istess pakkett biex jiġu mibjugħa bl-imnut mingħajr ma jerġgħu jiġu ppakjati, u huma speċifiċi għal tip partikolari ta’ rikreazzjoni, xogħol, persuna jew professjoni, bħall ġugarelli ta' istruzzjoni u edukattivi.”


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU C 133, 30.5.2008, p 1.


Top