Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XX0625(01)

    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar L-amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħat tiegħu tat- 5 ta’ Settembru 2008 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/M.4980 – ABF/GBI Business – Rapporteur: Ir-Rumanija

    ĠU C 145, 25.6.2009, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 145/10


    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar L-amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħat tiegħu tat-5 ta’ Settembru 2008 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/M.4980 – ABF/GBI Business

    Rapporteur: Ir-Rumanija

    2009/C 145/07

    1.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet (KEE) Nru 139/2004.

    2.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni ġiet stabbilita permezz tal-Artikolu 22 tad-deċiżjonjiet tat-13 ta' Diċembru 2007 indirizzati lil Spanja, Franza, u l-Portugall.

    3.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-operazzjoni attwali, is-swieq tal-prodotti rilevanti huma:

    (a)

    Ħmira likwida

    (b)

    Ħmira kkompressata

    (c)

    Ħmira niexfa

    4.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-operazzjoni attwali, is-swieq ġeografiċi rilevanti huma:

    (a)

    nazzjonali fir-rigward tal-ħmira kkompressata fit-territorji ta' Spanja, il-Portugal, u Franza

    (b)

    u tista' titħalla finalment miftuħa għall-ħmira likwida u għall-ħmira niexfa

    5.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta x'aktarx ser tirriżulta f'impediment kbir għal kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu għas-swieq li ġejjin:

    (a)

    tal-ħmira kompressa fi Spanja

    (b)

    tal-ħmira kompressa fil-Portugall

    6.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta ma toħloqx impediment sinifikattiv għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu tas-swieq li ġejjin:

    (a)

    tal-ħmira kompressa fi Franza

    (b)

    Ħmira likwida

    (c)

    Ħmira niexfa

    7.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, suġġett għal konformità sħiħa mal-impenji offruti mill-partijiet, u bl-impenji kkunsidrati kollha flimkien, il-konċentrazzjoni proposta mhijiex impediment kbir għal kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew għal parti sostanzjali minnu, b'mod partikolari bħala riżultat tal-ħolqien jew it-tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikoli 2(2), 8(2) u 10(2) tar-Regolament tal-Amalgamazzjoni u li l-konċentrazzjoni proposta għandha għalhekk tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-Suq Komuni u l-Ftehim taż-ŻEE.

    8.

    Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


    Top