EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0610(09)

Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 Każ 39.416 – Klassifikazzjoni tal-Bastimenti (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 131, 10.6.2009, p. 20–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/20


Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 Każ 39.416 – Klassifikazzjoni tal-Bastimenti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 131/13

1.   DAĦLA

(1)

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi – f'każijiet fejn ikun biħsiebha tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li ksur jinġieb fit-tmiem u l-partijiet ikkonċernati joffru li jimpenjaw ruħhom li jindirizzaw it-tħassib espress lilhom mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari tagħha – li torbot lill-impriżi b'dawk l-impenji. Deċiżjoni bħal din tista' tiġi adottata għal perjodu speċifiku u għandha tikkonkludi li m'għadx hemm aktar raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw il-kummenti tagħhom fit-terminu stabbilit mill-Kummissjoni.

2.   SOMMARJU TAL-KAŻ

(2)

F′Mejju 2009, il-Kummissjoni fetħet proċeduri u indirizzat valutazzjoni preliminari lill-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta' Soċjetajiet ta' Klassifikazzjoni (International Association of Classification Societies) u lill-International Association of Classification Societies Limited (minn hawn ′il quddiem konġuntament imsejħa “IACS”). Din ikkonċernat id-deċizjonijiet tal-IACS: (i) fuq il-kriterji u proċeduri li japplikaw għas-sħubija tal-IACS u s-sospensjoni jew l-irtirar tas-sħubija, u fuq il-mod kif dawn il-kriterji u proċeduri ġew applikati, u (ii) fuq l-elaborazzjoni u aċċessibilità tar-riżoluzzjonijiet u dokumenti ta' sfond tekniku relatati ma' dawn ir-riżoluzzjonijiet. Espremiet l-opinjoni preliminari li dawn id-deċiżjonijiet mill-IACS setgħu rriżultaw f'restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni fis-settur tas-servizzi ta' klassifikazzjoni ta' bastimenti. Billi l-fehma preliminari tal-Kummissjoni li l-għaxar membri tal-IACS għandhom pożizzjoni qawwija fis-suq u li s-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni li mhumiex membri tal-IACS jistgħu jintlaqtu minn żvantaġġi sinifikanti fuq il-kompetizzjoni, il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni kienet li dawn id-deċiżjonijiet għalhekk qajjmu tħassib dwar il-kompatibilità tagħhom mal-Artikolu 81 (1) tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Barra minn hekk, l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni kienet li dawn id-deċiżjonijiet ma dehrux li jissodisfaw ir-rekwiżiti kumulattivi għall-eżenzjoni taħt l-Artikolu 81(3) tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE.

(3)

B′mod partikolari, il-valutazzjoni preliminari wriet it-tħassib li l-IACS setgħat naqset milli:

(a)

iddaħħal fis-seħħ rekwiżiti li huma oġġettivi u li jiddeterminaw b'mod suffiċjenti biex jippermettilhom li jiġu applikati b'mod uniformi u mhux diskriminatorju kemm għall-aċċess, kif ukoll għas-sospensjoni u l-irtirar tas-sħubija fl-IACS;

(b)

tapplika dawn ir-rekwiżiti b'mod xieraq, raġonevoli u mhux diskriminatorju (inkluż it-twaqqif ta' salvagwardji suffiċenti għall-iżgurar ta' dan it-tip ta' applikazzjoni permezz ta' mekkaniżmu ta' appell/reviżjoni indipendenti);

(c)

tipprovdi sistema adegwata li tinkludi lil dawk li mhumiex membri tal-IACS fil-proċess ta' elaborazzjoni tal-istandards tekniċi tal-IACS (iġifieri r-riżoluzzjonijiet tal-IACS), (inkluż it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' ilment u appell/reviżjoni indipendenti li jiżgura aċċess għall-gruppi ta' ħidma tekniċi tal-IACS);

(d)

tipprovdi tixrid xieraq ta' dokumenti ta' sfond tekniku relatati mar-reżoluzzjonijiet (2) tal-IACS għal dawk li mhumiex membri tal-IACS (inkluż it-twaqqif tà mekkaniżmu ta' appell/reviżjoni indipendenti li jiżgura aċċess għaldawn id-dokumenti ta' sfond tekniku).

3.   IL-KONTENUT PRINĊIPALI TAL-IMPENJI OFFRUTI

(4)

Il-partijiet soġġetti għall-proċedimenti ma jaqblux mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni. Madankollu huma offrew li jimpenjaw ruħhom skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li jissodisfaw it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni.

(5)

Verżjoni mqassra tal-impenji tinsab aktar 'l isfel filwaqt li l-verżjoni sħiħa tal-impenji hija ppubblikata bl-Ingliż fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali tal-Kummisjoni għall-Kompetizzjoni, fuq:

http://ec.europa.eu/competition/antitrust/cases/index/by_nr_78.html#i39_416

(6)

L-IACS tipproponi li dawn l-impenji għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ta' ħames snin mid-data effettiva jiġifieri mid-data ta' notifika tad-deċiżjoni taħt l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li permezz tiegħu l-Kummissjoni torbot lill-IACS b'dawn l-impenji. L-elementi prinċipali tal-impenji huma dawn li ġejjin:

3.1.   Kriterji ta' Sħubija

(7)

L-IACS se tistabbilixxi klassi waħda ta' sħubija tal-IACS.

(8)

L-IACS se taddotta, skont il-linji ta' gwida u proċeduri ppubblikati, l-oġġettivi li ġejjin, kriterji applikabbli ta' sħubija kwalitattivi trasparenti u mhux diskriminatorji u mfassla biex jiġu applikati b'mod uniformi għal applikazzjonijiet għal sħubija u għal sħubija kontinwa tal-IACS:

(a)

Kapaċità ppruvata biex tiżviluppa, tapplika, iżżomm, taġġorna b'mod regolari u tippubblika sett ta' regoli klassifikati tagħha stess bil-lingwa Ingliża li jkopri l-aspetti kollha fil-proċess tal-klassifikazzjoni tal-bastimenti (valutazzjoni tad-disinn, studju ta' bini, u studju perjodiku ta' bastimenti waqt it-tħaddim);

(b)

Kapaċità ppruvata li tipprovdi studji ta' bastimenti li jkunu qegħdin jinbnew skont is-Soċjetajiet ta' Klassifikazzjoni (minn hawnhekk ′il quddiem imsejħa “SK”) regoli u sħarriġ perjodiku ta' bastimenti waqt it-tħaddim, inkluż ispezzjonijiet statutorji skont l-IMO u r-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera;

(c)

Kopertura internazzjonali suffiċenti minn stħarriġ esklussiv relattiv għad-daqs tal-programm ta' konstruzzjoni tas-SK u flotta klassifika f'fażi ta' konstruzzjoni;

(d)

Esperjenza estensiva dokumentata fil-valutazzjoni tad-disinn u l-bini ta' bastimenti;

(e)

Persunal intern sinifikanti maniġerjali, tekniku, ta' appoġġ u riċerka proporzjonat għad-daqs tal-flotta klassifikata tas-SK u l-involviment tiegħu fil-klassifikazzjoni tal-bastimenti f'fażi ta' kostruzzjoni;

(f)

Abbilità teknika biex tikkontribwixxi mal-persunal tagħha stess għax-xogħol tal-IACS fl-iżvilupp ta' regoli minimi u rekwiżiti għat-titjib tas-sigurtà marittima;

(g)

Kontribuzzjoni fuq bażi kontinwa bil-persunal tagħha stess għax-xogħol tal-IACS kif spjegat f'(f) hawn fuq;

(h)

Żamma f'forma elettronika u aġġornament mill-inqas ta' kull sena ta' reġistru tal-bastimenti klassifikati fil-lingwa Ingliża;

(i)

Indipendenza minn pussess ta' bastimenti, bini ta' bastimenti u interessi kummerċjali oħra li jistgħu jxekklu l-imparzjalità tas-SK;

(j)

Kompliċità mal-iskema tas-Sistema tal-IACS dwar iċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità (QSCS);

(9)

Applikant li jissodisfa l-Kriterji apparti (g) għandu jiġu ammess bħala membru tal-IACS imma m' għandux ikollu drittijiet tal-vot fil-Kunsill tal-IACS jew f'xi korp ieħor tal-IACS. Kriterju (g) għandu jiġi vvalutat tul l-ewwel tlett snin ta' sħubija u mal-konformità sodisfaċenti ma' dan ir-rekwiżit fl-aħħar tal-perjodu, il-membru tal-IACS awtomatikament igawdi d-drittijiet kollha tal-vot.

(10)

L-IACS se twettaq valutazzjonijiet tal-membri tal-IACS biex tivverifika l-konformità tagħhom mal-kriterji tas-sħubija. L-IACS tissospendi jew tirtira sħubija ta' IACS, skont kif xieraq, ta' SK li jonqsu milli jissodisfaw il-kriterji ta' sħubija meħtieġa.

(11)

Id-deċizjonijiet kollha rigward adeżjoni għal, sospensjoni jew irtirar tas-sħubija tà IACS ikunu soġetti għad-dritt ta' appell lill-Bord Indipendenti tal-Appell.

3.2.   Indipendenza u disponibilità tal-QSCS għal dawk li mhux IACS SK

(12)

L-IACS se tintroduċi sistema li permezz tagħha reviżjonijiet u valutazzjonijiet ta' konformità mal-QSCS tagħha għandhom jitwettqu minn Korpi ta' Ċertifikazzjoni Akkreditati (KCA) indipendenti esterni. Barra minn hekk, l-IACS se timmodifika l-QSCS biex ir-rekwiżiti inklużi fiha jkunu jistgħu jkunu applikabbli b'mod ugwali għall-membri tal-IACS u dawk li mhumiex membri (inkluż dawk li mhumiex applikanti) minn KCA indipendenti, mingħajr l-involviment tal-Kunsilli tal-IACS.

3.3.   Parteċipazzjoni ta' dawk li mhumiex membri tal-IACS fix-xogħol tekniku tal-IACS

(13)

L-IACS se tistabbilixxi u żżomm Forum ta' Kontribuzzjonijiet Tekniċi online, ibbażat fuq abbonament (“IACS Forum ta' KT”) fuq il-websajt li tipprovdi lil kwalunkwe SK interessata pjattaforma fejn tippubblika kummenti u diskussjonijiet ma' SK oħra (inkluż kemm membri tal-IACS u dawk mhux membri tal-IACS SK) fir-rigward ta' programmi ta' xogħol tekniċi tal-IACS. L-IACS se tindroduċi mekkaniżmu ta' appell għall-Bord Indipendenti tal-Appell għal partijiet interessati li ma ngħatalhomx aċċess għall-Forum ta' Kontribuzzjonijiet Tekniċi tal-IACS fuq il-bażi li mhumiex SK.

(14)

Kull SK li mhiex membru tal-IACS li hija rreġistrata fuq il-Forum ta' Kontribuzzjonijiet Tekniċi tal-IACS tistà tipparteċipa bl-impjegati tagħha stess fi gruppi ta' ħidma (WG) fl-IACS. Parteċipant ta' grupp ta' xogħol li mhux membru tal-IACS għandu ikollu aċċess sħiħ għall-istess informazzjoni, l-istess opportunitajiet biex jagħti l-opinjoni tiegħu u biex jikkontribbwixxi mad-diskussjonijiet fi ħdan il-grupp ta' xogħol bħal kull membru ieħor tal-IACS f'dak il-grupp ta' xogħol fuq bażi mhux diskriminatorja imma ma jkollux drittijiet għall-vot. L-IACS se tintroduċi mekkaniżmu għall/tal-ilmenti u mekkaniżmu ta' appell lill-Bord Indipendenti tal-Appell għal kwalunkwe SK li tikkunsidra li kienet mċaħħda l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha għall-informazzjoni u parteċipazzjoni f'xi WG tal-IACS. Iċ-Chairman ta' WG għandu jagħti fil-qosor l-opinjonijiet kollha espressi mill-parteċipanti tal-WG fir-rakkomandazzjoni teknika li l-membri tal-IACS fi ħdan l-WG jistgħu jiddeċiedu li jpoġġu lill-Grupp għall-Politika Ġenerali (GPG) tal-IACS/il-Kunsill tal-IACS għal addozzjoni mill-IACS.

3.4.   Aċċess minn dawk li mhumiex membri tal-IACS għar-riżoluzzjonijiet tal-IACS u dokumenti ta' sfond tekniku

(15)

L-IACS se tpoġġi fid-dominju pubbliku, fl-istess ħin u bl-istess mod kif inhuma magħmula disponibbli għall-membri tal-IACS, il-verżjonijiet kurrenti u futuri kollha ta' riżoluzzjonijiet tal-IACS kif ukoll fajl tal-istorja li jkun fih il-punti ewlenin tad-diskussjoni u kwalunkwe dokument ta' sfond tekniku.

(16)

L-IACS se tinkludi stqarrija fuq il-websajt tagħha li dawk li mhumiex membri tal-IACS CS jistgħu jużaw tali materjal, ħieles mir-royalties u mingħajr liċenzja billi tintegrah fir-regoli ta' klassifikazzjoni tagħhom stess, minkejja kwalunkwe drittijiet ta' propjetà intellettwali li jistgħu jinżammu minn membri tal-IACS.

(17)

L-IACS m'għandix tagħmel restrizzjonijiet fuq il-libertà individwali tal-membri tagħha biex jidħlu fi kwalunkwe ftehim ma' kwalunkwe SK fir-rigward tal-forniment ta' informazzjoni ulterjuri jew assistenza fir-rigward tal-applikazzjoni ta' riżoluzzjonijiet tal-IACS.

(18)

Deċiżjoni (kemm espliċita kif ukoll impliċita) li ma tiġix ippubblikata riżoluzzjoni tal-IACS jew dokument ta' sfond tekniku li hu għad-dispożizzjoni tal-membri tal-IACS għandha tiġi appellabbli għall-Bord Indipendenti tal-Appell.

(19)

L-IACS se toħroġ għall-pubbliku, mingħajr ħlas, database li ssegwi Regoli Strutturali Komuni (RSK) biex tipprovdi lill-utenti database ta' tfittxija rigward reviżjoni tal-istorja tar-RSK b'materjali anċillari.

4.   STEDINA BIEX JITRESSQU KUMMENTI

(20)

Il-Kummissjoni biħsiebha, soġġetta għar-riżultati ta' dan it-test tas-suq, tadotta deċiżjoni taħt l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li tiddikkjara l-impenji miġbura fil-qosor hawn fuq u ppubblikati fuq l-Internet (fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni, ara fuq).

(21)

Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-impenji proposti. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-partijiet terzi interessati huma wkoll mitluba li jissottomettu verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, fejn għandhom jitħassru s-sigrieti kummerċjali u siltiet kunfidenzjali oħrajn u jiġu ssostitwiti kif meħtieġ b'sommarju mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “kunfidenzjali”. Talbiet leġittimati ser ikunu rispettati.

(22)

L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lil Kummissjoni taħt in-numru ta' riferiment Każ 39.416 – Klassifikazzjoni tal-Bastimenti, jew bil-posta elettronika (COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu), jew b'faks (+32 2 2950128) jew bil-posta f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Antitrust

1049 Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(2)  Matul l-investigazzjoni tal-kompetizzjoni mill-Kummissjoni, l-IACS tejbet l-aċċessibilità tal-inforamzzjoni teknika tagħha, li issa hija ppubblikata fuq il-websajt tagħhom. Madanakollu l-Kummissjoni tikkunsidra li jkun xieraq jekk din il-kwistjoni tkun indirizzata wkoll permezz ta' impenji formali.


Top