Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0520(01)

    Aċċettazzjoni tal-Linji gwida dwar l-eżami tal-għajnuniet mill-Istat għas-sajd u l-akkwakultura

    ĠU C 115, 20.5.2009, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 115/15


    Aċċettazzjoni tal-Linji gwida dwar l-eżami tal-għajnuniet mill-Istat għas-sajd u l-akkwakultura (1)

    2009/C 115/02

    Skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (2), il-Kummissjoni tħabbar dan li ġej:

     

    Skont il-Paragrafu 5.2 tal-Linji gwida dwar l-eżami tal-għajnuniet mill-Istat għas-sajd u l-akkwakultura, permezz ta’ ittra tal-15 ta’ April 2008, l-Istati Membri kienu ntalbu jikkonfermaw bil-miktub li huma jaċċettaw dawn il-proposti għal miżuri f'lokhom, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2008. Dik l-ittra fakkret lill-Istati Membri li, f’konformità mal-Linji gwida msemmija hawn fuq, jekk l-Istat Membru jonqos milli jagħmel dan, il-Kummissjoni tqis li l-proposti jkunu ntlaqgħu, ħlief jekk dak l-Istat Membru jkun għarraf lill-Kummissjoni bil-miktub li ma jaqbilx b'mod espliċitu.

     

    F’ittra li ġġib id-data tat-30 ta’ Mejju 2008, l-awtoritajiet Finlandiżi indikaw li huma lesti jemendaw skema eżistenti tal-għajnuna marbuta mal-assikurazzjoni tas-sajd, iżda mhux sal-punt meħtieġ mill-miżuri f’lokhom. Dik l-iskema ġiet notifikata lill-Kummissjoni b'ittra tas-27 ta' April 1995 fuq il-bażi tal-Artikolu 144(a) tat-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Finlandja mal-Unjoni Ewropea, u wara tqieset li hi għajnuna eżistenti fit-tifsira tal-Artikolu 93(1) tat-Trattat tal-KE.

     

    L-Istati Membri l-oħra wieġbu bil-miktub li aċċetaw il-miżuri xierqa inkella naqsu milli jagħmlu dan, li jitqies bħala aċċettazzjoni skont it-termini tal-ittra tal-15 ta’ April 2008.

     

    Il-Kummissjoni għaldaqstant tassumi li l-Istati Membri kollha, ħlief il-Finlandja għall-iskema hawn fuq imsemmija, aċċettaw dawn il-proposti u li l-iskemi kurrenti ta' għajnuna tagħhom inġiebu f'konformità mal-Linji Gwida sal-1 ta' Settembru 2008.


    (1)  ĠU C 84, 3.4.2008, p. 10.

    (2)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.


    Top