Izberite preskusne funkcije, ki jih želite preveriti.

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument C2009/114/07

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5440 – Lufthansa/Austrian Airlines) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 114, 19.5.2009, str. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/12


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5440 – Lufthansa/Austrian Airlines)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2009/C 114/07

    1.

    Fit-8 ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Deutsche Lufthansa AG (“Lufthansa”, il-Ġermanja) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll sħiħ tal-impriża Austrian Airlines AG (“Austrian Airlines”, l-Awstrija) permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal-Lufthansa: trasport bl-ajru tal-passiġġieri u merkanzija u servizzi relatati (ikel u xorb waqt it-titjira, servizzi tal-IT, manutenzjoni, tiswija u restawr tekniku ta' inġenji tal-ajru u servizzi ta' assistenza fuq l-art), forniment ta' postijiet fuq l-ajruplan għall-operaturi tal-ivvjaġġar u operazzjonijiet ta’ kiri,

    għall-Austrian Airlines: trasport bl-ajru tal-passiġġieri u merkanzija u servizzi relatati (manutenzjoni, tiswija u restawr tekniku ta' inġenji tal-ajru u servizzi ta' assistenza fuq l-art), forniment ta' postijiet fuq l-ajruplan għall-operaturi tal-ivvjaġġar u operazzjonijiet ta’ kiri.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5440 – Lufthansa/Austrian Airlines, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussell

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


    Na vrh