Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/114/05

    Sejħa għal proposti skont l-abbozz tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm bħala għajnuna għall-irkupru Ekonomiku billi tingħata assistenza finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija

    ĠU C 114, 19.5.2009, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/10


    Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat-Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport, b'din tniedi sejħa għall-proposti sabiex jingħataw għotjiet għall-proġetti magħżula fl-anness tal-abbozz tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm bħala għajnuna għall-irkupru billi tingħata assistenza finanzjarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija.

    L-ammont massimu disponibbli li jaqa' taħt din is-sejħa għall-proposti huwa ta' EUR 3 980 000 000.

    Din is-sejħa tagħlaq fil-15 ta' Lulju 2009.

    It-test sħiħ ta’ din is-sejħa għall-proposti huwa disponibbli mis-sit:

    http://ec.europa.eu/energy/grants/2009_07_15_en.htm


    Top