Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0507(05)

    Avviż għall-attenzjoni tas-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi dwar l-inklużjoni tiegħu fil-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

    ĠU C 105, 7.5.2009, p. 31–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 105/31


    Avviż għall-attenzjoni tas-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi dwar l-inklużjoni tiegħu fil-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

    2009/C 105/07

    1.

    Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/CFSP (1) ssejjaħ lill-Komunità sabiex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta' Usama bin Laden, membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u t-Taliban u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom oħrajn, imsemmija fil-lista magħmula skont UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat stabbilit skont UNSCR 1267(1999).

    Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

    Al Qaida, it-Taliban u s-Sur Usama bin Laden;

    persuni naturali jew legali, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati ma' Al Qaida, it-Taliban u s-Sur Usama bin Laden; kif ukoll

    persuni legali, entitajiet u korpi li huma propjetà ta', li huma kkontrollati minn, jew li b'xi mod ieħor jappoġġjaw lil, xi wieħed jew waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi.

    Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hija “assoċjata ma'” Al Qaida, Usama bin Laden jew it-Taliban jinkludu:

    (a)

    parteċipazzjoni fil-finanzjament, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija, jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', fl-isem ta', jew f'appoġġ għal, Al Qaida, it-Taliban jew is-Sur Usama bin Laden, jew xi ċellola, affiljata jew grupp li joħroġ minnhom jew li jidderiva minnhom;

    (b)

    forniment, bejgħ jew trasferiment ta' armi u materjal relatat lil xi wieħed minnhom;

    (c)

    reklutaġġ għal xi wieħed minnhom; jew

    (d)

    xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta' xi wieħed minnhom.

    2.

    Il-Kumitat tan-NU ddeċieda fis-12 ta’ Novembru 2003 li jżid lis-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi mal-lista relevanti.

    Il-persuna naturali kkonċernata tista' tissottometti fi kwalunkwe żmien talba lill-Kumitat tan-NU, flimkien ma' kull dokumentazzjoni ta' appoġġ, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata mill-ġdid id-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista tan-NU msemmija aktar 'il fuq. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

    United Nations — Focal point for delisting

    Security Council Subsidiary Organs Branch

    Room S-3055 E

    New York , NY 10017

    United States of America

    Għal aktar informazzjoni kkonsulta:

    http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml

    3.

    Fuq il-bażi tad-deċiżjoni, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 2049/2003 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-netwerk ta' Al-Qaida u t-Taliban (3), skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 881/2002. Din l-entrata ġiet emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 46/2008 (4).

    Għaldaqstant, il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni naturali u legali, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati:

    (1)

    L-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra u r-riżorsi ekonomiċi kollha tagħhom, jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni li jitpoġġew fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra għad-dispożizzjoni tagħhom, jew għall-benefiċċju tagħhom, kemm direttament u kif ukoll indirettament (Artikoli 2 u 2a (5); kif ukoll

    (2)

    Il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lilhom, kemm direttament u kif ukoll indirettament (Artikolu 3).

    4.

    Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Settembru 2008 fil-Kawzi Konġunti C-402/05 P u C-415/05 P, Yassin Abdullah Kadi u l-Fondazzjoni Internazzjonali Al Barakaat v. Il-Kunsill, il-Kumitat tan-NU pprovda raġunijiet għall-inklużjoni tas-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi.

    Huwa jista' jagħmel talba għar-raġunijiet għall-inklużjoni tiegħu lill-Kummissjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    DĠ Relazzjonijiet Esterni

    Attn. Unit A2 (CHAR12/45)

    Rue de la Loi/Wetstraat 200

    B-1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Wara li ngħatatlu l-opportunità li jesprimi l-fehmiet tiegħu dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni, il-Kummissjoni se terġa' tistudja l-inklużjoni tiegħu fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 u se ssir deċiżjoni ġdida dwaru.

    5.

    Kull dejta personali pprovduta mis-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi se tkun ittrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (6). Kull talba, pereżempju għal aktar informazzjoni jew sabiex jiġu eżerċitati d-drittijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (pereżempju l-aċċess jew ir-rettifika ta' dejta personali), għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess indirizz imsemmi fil-punt 4 aktar 'il fuq.

    6.

    Għall-kompletezza, qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni naturali elenkati fl-Anness I dwar il-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti, elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra ffriżati għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament.


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata mill-Pożizzjoni Komuni 2003/140/CFSP (ĠU L 53, 28.2.2003, p. 62).

    (2)  ĠU L 303, 21.11.2003, p. 20.

    (3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

    (4)  ĠU L 16, 19.1.2008, p. 11.

    (5)  L-Artikolu 2 iddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).

    (6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


    Top