EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0507(01)

Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU C 105, 7.5.2009, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 105/1


Skont l-Artikolu 9(1)(a), it-tieni inċiż, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej (2) huma emendati kif ġej:

Paġna 129

F′Kapitolu 28, taħt it-titolu, it-test ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

Ġenerali

Komposti inorganiċi separati definiti kimikament, u ppreżentati bħala suppliment tal-ikel f' kapsuli (minbarra mikrokapsuli), pereżempju tal-ġelatina, huma esklużi minn dan il-Kapitolu minħabba li l-preżentazzjoni f'kapsuli huwa trattament li mhuwiex kopert minn Nota 1 għal dan il-Kapitolu.”

Paġna 135

F′Kapitolu 29, taħt it-titolu “Ġenerali”, it-test ġdid li ġej għandu jiddaħħal wara r-raba′ paragrafu:

“Komposti inorganiċi separati definiti kimikament, u ppreżentati bħala suppliment tal-ikel f' kapsuli (minbarra mikrokapsuli), pereżempju tal-ġelatina, huma esklużi minn dan il-Kapitolu minħabba li l-preżentazzjoni f'kapsuli huwa trattament li mhuwiex kopert minn Nota 1 għal dan il-Kapitolu.”


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU C 133, 30.5.2008, p. 1.


Top