Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0423(01)

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

ĠU C 94, 23.4.2009, p. 2–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/2


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2009/C 94/02

Għajnuna Nru: XA 11/09

Stat Membru: Ir-Repubblika tal-Litwanja

Reġjun: –

Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem tal-impriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Kompensacija už nuostolius dėl fitosanitarijos priemonių taikymo

Bażi legali: Lietuvos Respublikos fitosanitarijos įstatymas (Žin., 1999, Nr.113-3285)

Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2003 m. gruodžio 31 d. nutarimas Nr. 1706 “Dėl Nuostolių dėl fitosanitarijos priemonių taikymo dalinio kompensavimo tvarkos”(Žin., 2004, Nr. 4-58; 2006, Nr. 118-4490; 2008, Nr. 142-5636)

Žemės ūkio ministro 2004 m. kovo 1 d. įsakymas Nr. 3D-88 “Dėl kompensacijos už nuostolius dėl fitosanitarijos priemonių taikymo skaičiavimo metodikos patvirtinimo” pakeitimo (Žin., 2004, Nr. 38-1249; 2006, Nr. 28-954; 2008, Nr. 150-6114)

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: LTL 5 000 000, bir-rata uffiċjali tal-iskambju tal-ewro (EUR 1 449 270).

Intensita' massima tal-għajnuna: L-applikanti (produtturi tal-pjanti – impriżi żgħar u ta' daqs medju li jissodisfaw ir-rekwiżiti imsemmija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awissu 2008 u li huma attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli, kif stipulat fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006) għandhom jirċievu kumpens għat-telf b'rata ta' mhux iktar minn 60 % tal-prezz medju fis-suq tal-pjanti u l-prodotti tal-pjanti kkonċernati. Fejn m'hemmx dejta fuq il-prezz medju fis-suq, se jintużaw il-prezzijiet standardizzati għall-prodotti agrikoli, kif stipulat fl-Ordni tal-Ministru tal-Agrikoltura tal-Litwanja.

L-ispejjeż eleġibbli għall-kumpens għal telf minħabba l-applikazzjoni ta' miżuri fitosanitarji huma dawk relatati mal-qerda ta' pjanti u prodotti tal-pjanti (fejn dan huwa meħtieġ skont il-liġi Litwana) jew biex jinbidel l-użu tagħhom (l-ipproċessar, l-użu bħala għalf jew ikel).

Din l-iskema ta' għajnuna hija konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.

Data ta' implimentazzjoni:

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna hija li tagħti lill-applikanti kumpens parzjali għal telf li jirriżulta minn miżuri fitosanitarji (mard tal-pjanti). Japplika l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.

Settur(i) konċernat(i): Il-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Sit elettroniku: http://www3.lrs.lt/pls/inter3/dokpaieska.showdoc_l?p_id=93194&p_query=&p_tr2=

http://www3.lrs.lt/pls/inter3/dokpaieska.showdoc_l?p_id=332838&p_query=&p_tr2=

http://www3.lrs.lt/pls/inter3/dokpaieska.showdoc_l?p_id=334810

http://www.zum.lt/lt/teisine-informacija/isakymai/4437/

Tagħrif ieħor: Ġaladarba din l-iskema ta' għajnuna tidħol fis-seħħ, tieqaf tapplika l-iskema ta' għajnuna tal-Istat Nru 21/2006 dwar kumpens għal telf li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' miżuri fitosanitarji.

Numru: XA 12/09

Stat Membru: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Reġjun: Il-Bavarja (Freistaat Bayern)

Titlu tal-iskema ta’ għajnuna jew isem l-impriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali:

Übernahme der Kosten für den Impfstoff im Rahmen einer Notimpfung gegen Blauzungenkrankheit bei Rindern, Schafen und Ziegen

Bereitstellung von Impfstoff für die Tierhalter

Bażi legali:

Verordnung zum Schutz gegen die Blauzungenkrankheit (konsolidierte Fassung), geändert durch Artikel 2 der Verordnung vom 22. August 2006 (elektronischer Bundesanzeiger Amtlicher Teil 43 2006 V1), geändert durch Artikel 3 der Verordnung vom 6. Juli 2007 (Bundesgesetzblatt I Seite 1264), geändert durch Artikel 3 der Verordnung vom 21. Dezember 2007 (Bundesgesetzblatt I Seite 3144), geändert durch Artikel 2 der Verordnung vom 3. Dezember 2008 (eBAnz AT142 2008 V1)

Verordnung über bestimmte Impfstoffe zum Schutz vor der Blauzungenkrankheit vom 2. Mai 2008 (BAnz. 2008 Nr. 67 S. 1599)

Ir-Regolament (KE) Nru 1266/2007 (regoli implimentattivi għal-kontroll tal-bluetongue)

Infiq annwali ppjanat skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 3.2 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: sa 100 %

Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna se tingħata mid-data tal-pubblikazzjoni fuq l-internet tal-informazzjoni fil-qosor dwar l-iskema tal-għajnuna.

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali: Mill-01 ta’ Frar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009

Għan tal-għajnuna: Biex ma jitħalliex li l-marda tal-bluetongue tinfirex malajr u biex tkun evitata t-theddida ta’ din il-marda fl-istabbilimenti agrikoli jeħtieġ li jseħħ tilqim ta’ emerġenza fil-Bavarja kollha kemm hi. Għaldaqstant hemm interess preponderanti tal-Istat fit-tilqim rapidu tal-popolazzjoni sħiħa tal-annimali. F’dan kollu mhemmx biss il-valur tal-annimal individwali, imma l-ewwel nett il-ħarsien immunoloġiku tal-popolazzjoni ta’ annimali konċernta, kif ukoll it-trażżin tas-sorsi ta’ infezzjoni li minnhom tinxtered il-marda.

Madankollu fl-UE u fil-Ġermanja għad mhemm disponibbli l-ebda vaċċin għat-tilqim kontra s-serotip 8 (il-proċeduri tal-approvazzjoni jinsabu għaddejjin). Ir-raħħala tal-bhejjem ma għandhom l-ebda possibbiltà jakkwistaw il-vaċċin.

Madankollu, permezz ta’ regolament ta’ urġenza tal-Ministeru Federali tal-Ikel, l-Agrikoltura u l-Protezzjoni tal-Konsumatur (BMELV), jistgħu jintużaw vaċċini eżistenti. Fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti mal-UE kollha min-naħa tal-Länder tal-Ġermanja, intgħażlu vaċċini li sejrin jintużaw fuq skala kbira minn Frar 2009. Is-sikurezza u l-effikaċja tal-vaċċini ġew dokumentati permezz ta’ testijiet xjentifiċi mwettqa mill-Friedrich-Loeffler-Institut.

Il-benefiċjarji huma l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-għajnuna mhijiex se tieħu s-sura ta’ pagamaneti diretti lill-benefiċjarji, imma tingħata fil-forma ta servizzi sussidjati. Il-Ministeru Bavariż tal-Ambjent u s-Saħħa () se jkun responsabbli għall-ispejjeż tal-vaċċini u jħallas lill-fornitur.

L-għajnuna ma tikkonċernax miżuri li l-liġi Komunitarja tesiġi li għandhom ikunu bi spejjeż tal-impriżi agrikoli stess.

Il-ħlasijiet għax-xiri tal-vaċċin għall-ewwel tilqima ta’ 0,6 miljun annimal bovin u 100 000 annimal ovin u kaprin, kif ukoll għat-tilqim ta’ segwitu ta’ 1,5 miljun annimal bovin u 400 000 annimal ovin u kaprin; l-ispiża għall-akkwist tal-vaċċin tilħaq madwar EUR 3,2 miljun.

Bażi legali tal-għajnuna mill-Istat: l-Artikolu 10(1) u (3-8) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Setturi ekonomiċi milquta: Ir-raħħala tal-bhejjem (impriżi agrikoli) li jrabbu l-annimali bovini, ovini u kaprini

Isem u Indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Bayerisches Staatsministerium für Umwelt und Gesundheit

Rosenkavalierplatz 2

Postfach 810140

81901 München

DEUTSCHLAND

Indirizz għal mistoqsijiet li jistgħu jqumu:

Bayerisches Staatsministerium für Ernährung, Landwirtschaft und Forsten

Referat G 6

Ludwigstr. 2

80539 München

DEUTSCHLAND

Sit tal-nternet: www.bundesrecht.juris.de/bundesrecht/blauzungenimpfstv/gesamt.pdf

http://www.lgl.bayern.de/tiergesundheit/blauzungenkrankheit.htm

For the aid scheme: http://www.stmugv.bayern.de/tiergesundheit/krankheiten/blauzunge/beihilfe.htm

Aktar tagħrif: L-ebda

Numru: XA 18/09

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Regione Lombardia (Provincia di Sondrio)

Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża benefiċjarja ta' għajnuna individwali:

Aiuti per la ricomposizione fondiaria - accorpamento fondiario di terreni agricoli.

Bażi ġuridika: Bozza di deliberazione della Giunta della Provincia di Sondrio “Concessione di aiuti per la ricomposizione fondiaria (accorpamento fondiario di terreni agricoli mediante acquisto o permuta). Approvazione iniziativa”

Decreto legislativo 29.3.2004 n. 99 “Disposizioni in materia di soggetti e attività, integrità aziendale e semplificazione amministrativa, a norma dell’art. 1 lettere d), f), g), l), ee) della legge 7.3.2003 n. 38” - capo II “integrità aziendale” artt. 7 e 9;

Legge 7.3.2003 n. 38 “Disposizioni in materia di agricoltura” - art. 1;

Decreto legislativo 18.5.2001 n. 228 “Orientamento e modernizzazione del settore agricolo, a norma dell’art. 7 della legge 5.3.2001 n. 57” - capo II “contratti agrari, integrità aziendale e distretti”.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont annwali kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Nefqa massima annwali allokata għall-inizjattiva kollha EUR 120 000/sena.

Intensità massima tal-għajnuna: L-għajnuna għandha tingħata esklussivament biex tkopri l-ispejjeż legali u amministrattivi, sa 100 % tal-ispejjeż li jkunu attwalment iġġarrbu.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja tal-għajnuna individwali: Sal-31/12/2013

Għan tal-għajnuna: Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2006, Għoti ta’ għajnuna teknika fis-settur agrikolu. L-għajnuna għandha tingħata esklussivament biex tkopri l-ispejjeż legali u amministrattivi, sa 100 % tal-ispejjeż li jkunu attwalment iġġarrbu għall-atti meħtieġa għall-akkwist jew għat-tpartit ta' artijiet agrikoli għall-konsolidazzjoni tal-art għall-biedja. Din l-għajnuna għandha l-għan li tikkuntrasta il-frammentazzjoni żejda tal-art għall-biedja. La Provincia di Sondrio tagħraf li l-frammentazzjoni tal-art għall-biedja hija fattur negattiv li jeffettwa l-ispejjeż tal-produzzjoni marbuta mal-kultivazzjoni, u hija xkiel kbir għaż-żamma tal-artijiet f'żoni muntanjużi, b'konsgwenzi negattivi fuq il-qagħda ambjentali u idroġeoloġika tat-territorju kif ukoll il-konservazzjoni tal-pajsaġġ tal-muntanji.

Il-konsolidazzjoni tal-artijiet ħafna drabi ma sseħħx minħabba li l-atti notarili huma għaljin wisq.

Settur(i) konċernat(i): Artijiet agrikoli fuq il-muntanji li qegħdin fit-territorju tal-provinċja ta' Sondrio.

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna: Provincia di Sondrio, Via XXV Aprile, 22 - 23100 Sondrio (Italia).

Sit elettroniku: www.agricoltura.regione.lombardia.it, ikklikkja fuq “Per saperne di più”, imbagħad fuq “Aiuti di Stato”

www.provincia.so.itt ikklikkja fuq “agricoltura”, imbagħad “accorpamento fondiario”

Aktar tagħrif: Il Dirigente della Struttura

Raccordo con le Politiche Nazionali e Comunitarie

Dr.ssa Enrica GENNARI

Numru: XA 21/09

Stat Membru: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Reġjun: Schleswig-Holstein

Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem l-impriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali:: “Beihilfen zu den Kosten des Impfstoffes zur Impfung von Rinder-, Schaf- und Ziegenbeständen gegen den Serotyp 8 des Virus der Blauzungenkrankheit (BTV8)” (Għajnuna għall-ispejjeż tat-tilqim tal-imrieħel tal-annimali bovini, ovini u kaprini kontra s-serotip nru 8 tal-virus tal-marda tal-bluetongue (il-BTV8))

Bażi ġuridika: Richtlinien für die Gewährung von Beihilfen zur Impfung gegen den Serotyp 8 des Virus der Blauzungenkrankheit (BTV8-Beihilfe-Richtlinien)

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 1 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: 100 % tal-ispejjeż tat-tilqim

L-intensità massima ta’ 100 % tal-għajnuna ma tinqabiżx. Ma jsir l-ebda ħlas dirett lil dawk li għandhom il-bhejjem, iżda l-ispejjeż tagħhom jitħallsu lill-manifattur tal-vaċċin.

Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna se tingħata minn meta t-tagħrif fil-qosor dwar l-iskema tal-għajnuna jiġi ppubblikat fuq l-internet.

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta' Ġunju 2009.

Għan tal-għajnuna: L-eżenzjoni hija msejsa fuq l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-għan tal-miżura hu li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż tat-tilqim tal-imrieħel tal-annimali bovini, ovini u kaprini kontra s-serotip nru 8 tal-virus tal-marda tal-bluetongue għas-sena 2009 li huwa obbligatorju skont it-Taqsima nru 4(1a) tar-Regolament tal-UE dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' kontroll għall-marda tal-bluetongue.

Mhu se jkun hemm l-ebda ħlasijiet diretti ta' flus lill-benefiċjarji tal-għajnuna; minflok, l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ servizzi sussidjati.

Se tingħata attenzjoni speċjali li jkun hemm konformità mal-Artikolu 10(6) u (8) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Il-miżura hija marbuta mal-prevenzjoni tal-marda tal-bluetongue u, għaldaqstant, hija kompatibbli mas-suq komuni skont it-tifsira tal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE.

Setturi ekonomiċi kkonċernati: L-agrikoltura

Ir-raħħala eliġibbli għall-għajnuna li għandhom annimali bovini, ovini u kaprini huma impriżi agrikoli żgħar u ta' daqs medju skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Ministerium für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume Schleswig- Holstein

Mercatorstraße 3

24106 Kiel

DEUTSCHLAND

Sit tal-internet: http://www.schleswig-holstein.de/UmweltLandwirtschaft/DE/LandFischRaum/11ZPLR/PDF/BTV8BeihilfeRiliImpfung2aa,templateId=raw,property=publicationFile.pdf

Birgitt FAIK

Numru: XA 26/09

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: It-territorju nazzjonali kollu

Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża benefiċjarja ta' għajnuna individwali: Fondo di solidarietà nazionale a sostegno delle imprese agricole danneggiate da avversità atmosferiche

Bażi ġuridika:

Decreto legislativo 22 dicembre 2008 n. 19322 “Disposizioni applicative per la concessione degli aiuti compensativi di cui al decreto legislativo n. 102/04, nel testo modificato dal decreto legislativo n. 82/08”

Decreto legislativo 18 aprile 2008, n.82, concernente l' adeguamento del decreto legislativo n.102/04, agli orientamenti comunitari per gli aiuti di Stato nel settore agricolo e forestale 2007-2013 (2006/C 19/01) e al Regolamento (CE) n.l857/2006

Decreto legislativo 29 marzo 2004,n.L02, concernente la normativa del Fondo di Solidarietà nazionale a sostegno delle imprese agricole danneggiate da calamità naturali o da eventi climatici avversi.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew l-ammont annwali kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża:: In-nefqa prevista qiegħda fil-limitu ta' 48 miljun ewro li tista' tvarja skont id-disponibbiltà tal-baġit tal-istat.

Intensità massima tal-għajnuna:: L-ammont kumplessiv gross tal-għajnuniet għal kull impriża agrikola ma jistax jaqbeż it-tmenin fil-mija tat-tnaqqis fid-dħul li jkun ġej mill-bejgħ tal-prodotti kawża tal-maltemp. L-għajnuna tista' togħla għal 90 fil-mija fiż-żoni żvantaġġati.

L-ammont tat-tnaqqis fid-dħul li għandu jitqabbel mal-għajnuna grossa huwa ugwali għad-differenza ( b-a):

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali għall-kumpens għall-ħsarat miġjuba mill-maltemp mill-1/1/2008.

Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għotja ta’ għajnuna individwali: Taħt l-iskema l-għajnuna tista' tingħata sal-31 ta' Diċembru 2013 u għal sitt xhur minn hemm 'il quddiem.

Għan tal-għajnuna: L-għajnuna għall-kumpens għall-ħsarat ikkawżati minn maltemp li jista' jitqabbel ma' diżastru naturali. L-għotjiet se jingħataw skont l-Artiklu 11 tar-Regolament 1857/06.

L-ammonti meqjusa eliġibbli għall-għajnuna jista' jinżidilhom l-ammont tal-ispejjeż speċifiċi li kellha ġġarrab l-impriża agrikola minħabba li setgħetx tiġbor il-ħsad minħabba l-maltemp.

Mill-ammont gross kumplessiv tal-għajnuniet, għandhom jitnaqqsu:

l-ammonti li eventwalment jiġu rċevuti mill-assikurazzjoni

l-ispejjeż tal-produzzjoni li ma ġġarrbux minħabba l-maltemp.

Settur(i) konċernat(i): Agrikoltura - Produzzjoni primarja.

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Ministero delle politiche agricole, alimentari e forestali

Dipartimento delle Politiche di Sviluppo – Direzione Generale dello Sviluppo Rurale

Via XX Settembre n. 20

00187 Rome

ITALIA

Sit elettroniku: http://www.politicheagricole.it/svilupporurale/fondosolidarietanazionale/interventicompensativi.it

Aktar tagħrif: Il direttore generale

Giuseppe BLASI

Numru: XA 57/09

Stat Membru: Ir-Renju Unit

Reġjun: England – Cheshire

Titlu tal-iskema tal-Għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Habitats and Hillforts of Cheshire’s Sandstone Ridge Landscape Partnership Scheme

Bażi legali: Section 39 1981 Wildlife and Countryside Act

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

Data

Ammont

minn April 2009 sa Marzu 2010

54,459,00

minn April 2010 sa Marzu 2011

50,458,00

minn April 2011 sa Ottubru 2011

34,358,00

Total

£139,375,00

Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità tal-għajnuna hija għal miżura ta' appoġġ tekniku, li se tkun sa 100 % skont l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1857/2006.

L-intensità massima tal-għajnuna għax-xogħlijiet kapitali għandha tkun sa 100 % meta għotja tingħata għall-konservazzjoni ta' karatteristiċi tal-patrimonju li mhumiex produttivi skont l-Artikolu 5.2. Madanakollu, ir-rata massisma tal-għotja għandha titnaqqas skont ir-rati stipulati fl-Artikolu 5.3 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru. 1857/2006 meta l-karatteristika tal-patrimonju tkun produttiva.

Data tal-implimentazzjoni: L-iskema se tibda fl-1 ta' April 2009

Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għotja ta’ għajnuna individwali: L-iskema se tibda fl-1 ta' April 2009. Se tagħlaq fl-1 ta' Ottubru 2011. L-aħħar pagament se jsir fil-15 ta' Settembru 2011.

Għan tal-għajnuna: Għajnuna ta’ għotja/xogħlijiet diretti lill-SMEs biex jikkonservaw il-pajsaġġi tradizzjonali u l-karatteristiċi fil-viċinanza tas-sitt Iron Age Hillforts matul is-Sandstone Ridge f’Cheshire. L-ispejjeż eliġibbli se jinkludu l-konservazzjoni tal-karatteristiċi u l-bini tal-pajsaġġ tradizzjonali u appoġġ tekniku biex jassisti lill-bdiewa u lill-persuni oħra involuti fil-ġestjoni tal-art biex itejbu l-pajsaġġ speċjali, il-bijodiversità u l-patrimonju kulturali. Se jkun hemm ukoll investiment fl-azjendi agrikoli taż-żona konformi mal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-KE 1857/2006 li jirregola l-konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali.

Settur(i) konċernat(i): Dan il-proġett japplika għall-SMEs attivi fil-produzzjoni agrikola.

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Cheshire County Council,

Regeneration,

Backford Hall,

Backford,

Chester,

Cheshire,

CH1 6PZ

Il-korp statutorju responsabbli għall-iskema huwa:

Cheshire County Council

Regeneration,

Backford Hall,

Backford,

Chester,

Cheshire,

CH1 6PZ

L-organizzazzjoni li qed tħaddem l-iskema hija:

Cheshire County Council

Regeneration,

Backford Hall,

Backford,

Chester,

Cheshire,

CH1 6PZ

Indirizz elettroniku: http://www.habitatsandhillforts.co.uk/Projects/state_aid_jan09.htm

Tagħrif ieħor: Din hija skema separata li testendi u tkompli l-ħidma tal-iskema Sandstone Ridge Landscape Partnership – XA 26/2007, minħabba li ngħataw fondi addizzjonali mill-Heritage Lottery Fund.

Iktar tagħrif dettaljat rigward l-eliġibbiltà u r-regoli tal-iskema jista’ jinstab fil-ħolqa elettronika ta' hawn fuq


Top