Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009A0318(01)

    Opinjoni tal-Kunsill tal- 10 ta' Marzu 2009 dwar il-Programm ta' Konverġenza aġġornat tad-Danimarka 2008-2015

    ĠU C 63, 18.3.2009, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/1


    OPINJONI TAL-KUNSILL

    tal-10 ta' Marzu 2009

    dwar il-Programm ta' Konverġenza aġġornat tad-Danimarka 2008-2015

    (2009/C 63/01)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet tal-baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

    Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

    TA DIN L-OPINJONI:

    (1)

    Fl-10 ta' Marzu 2009 l-Kunsill eżamina l-programm ta' konverġenza aġġornat tad-Danimarka, li jkopri l-perijodu mill-2008 sal-2011.

    (2)

    Fl-2008, id-deterjorament fl-ekonomija tad-Danimarka, wara perijodu twil ta' ġid ekonomiku, kien rapidu u evidenti, u dan ġie prinċipalment mill-bruda tas-suq tad-djar u t-taqlib finanzjarju li kull ma jmur dejjem qed jikber. Iktar 'il quddiem, domanda iktar dgħajfa, kemm mil-lat domestiku kif ukoll mil-lat internazzjonali, ser tħaffef din it-triq għan-niżla. Bil-kundizzjonijiet esterni li dejjem sejrin għall-agħar, l-iżgurar ta' stabbiltà finanzjarja u korrezzjoni b'metodu fis-suq tad-djar ser jippreżenta sfida partikolari. Fuq medda ta' żmien qasir jew medju, id-deterjorament ekonomiku u l-iżviluppi antiċipati fil-prezzjiet tal-assi u tal-enerġija ser ikollhom implikazzjonijiet diffiċli b'mod sinifikanti għall-finanzi pubbliċi.

    B'mod speċifiku, huwa mistenni li jkun hemm pressjoni negattiva fuq id-dħul mit-taxxa tal-qligħ mill-fondi tal-pensjoni, mit-taxxi korporattivi u mill-estrazzjoni taż-żejt u l-gass mill-Baħar tat-Tramuntana li kull ma tmur hija stmata li dejjem qiegħda tonqos. B'garanzija ta' punt ta' tluq fiskalment stabbli, il-baġit adottat għall-2009 jinkludi tkabbir fiskali diskrezzjonarju ta' madwar punt ta' perċentwali tal-PDG, inkluż it-tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu li jammonta għal 0,5 % tal-PDG. Il-pressjoni fuq il-krone Daniż u t-tnaqqis fuq ir-rata tal-kambju sfurzaw lill-bank ċentrali Daniż biex iżid ir-rati tal-interessi f'Ottubru tal-2008. Flimkien mat-tnaqqis tar-rati tal-interessi mill-BĊE, dan wassal għal twessigħ tal-firxa tar-rati ta' interessi uffiċjali fil-konfront tal-euro. Sussegwentement, fi tmiem l-2008 u l-bidu tal-2009, il-bank ċentrali Daniż naqqas ir-rata politika tal-interessi, wara t-tnaqqis tar-rati tal-interessi tal-BĊE u implimenta tnaqqis addizzjonali, li wassal għal tidjiq gradwali tal-firxa. Madakollu, il-firxa baqgħet għolja b'punt perċentwali kontra 0,35 punt perċentwali qabel il-kriżi.

    (3)

    Ibbażat fuq ix-xenarju ta' sfond makroekonomiku, it-tkabbir PDG reali huwa pproġettat li jinżel minn 0,2 % fl-2008 għal -0,2 % fl-2009, u wara jirkupra għal 0,7 % fl-2010, b'medja ta' 1,7 % matul il-bqija tal-perjodu tal-programm. L-irkupru fl-2011-2012 jirrifletti suppożizzjonijiet tekniċi ta' lakuni fil-produzzjoni u l-qgħad li jingħalqu fl-2012 skont kif ikkalkulat mill-awtoritajiet Daniżi permezz tal-metodoloġiji nazzjonali. Is-suppożizzjoni bażika hija li l-utilizzazzjoni tal-kapaċità tiżdied gradwalment għal livell normali, sostnuta b'irkupru li jkun beda barra mill-pajjiż kif ukoll rati baxxi ta' interessi. Ivvalutat skont l-informazzjoni (2) disponibbli bħalissa, dan ix-xenarju jidher li huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet ta' tkabbir favorevoli. Fl-2009, it-tnaqqis fid-domanda domestika jidher sottovalutat fid-dawl tal-iżviluppi l-iktar reċenti. Mill-2011 'il quddiem, it-tkabbir jidher li ser ikun qed jiżdied ferm fid-dawl tat-tkabbir ta' produttività storiku u t-tkabbir potenzjali stmat. Fl-2009 huwa previst li l-inflazzjoni ser tonqos sostanzjalment għal 1,3 % u żżomm bejn wieħed u ieħor f'livell ta' ftit inqas minn 2 % għall-bqija tal-perijodu tal-programm. Il-kawża tal-varjazzjonijiet mhijiex ċara iżda l-iżvilupp ipproġettat fid-deflator tal-PDG jidher realistiku.

    (4)

    Għall-2008, il-bilanċ favorevoli ġenerali tal-gvern huwa stmat li jkun 3,1 % tal-PDG fit-tbassir proviżorju ta' Jannar 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, imqabbel ma' mira ta' 3,0 % tal-PDG stabbilita fl-aġġornament preċedenti tal-programm ta' konverġenza. Minħabba r-reazzjoni kajmana tas-suq tax-xogħol għad-deterjorament ekonomiku, it-tkabbir tal-impieg u tas-salarji baqa' b'saħħtu għal biċċa 'l kbira tas-sena, b'riżultat ta' dħul ikbar ta' taxxa fuq l-introjtu u inqas infiq soċjali milli previst. Sadanittant, il-kriżi finanzjarja wasslet għal dħul ħafna iktar baxx mit-taxxa tal-qligħ tal-pensjoni u t-taxxa korporattiva. Barra minn hekk, l-infiq qabeż il-projezzjoni minħabba l-infiq ogħla tal-konsum intermedju u trasferiment kapitali ta' darba għall-familji bħala parti mir-riforma tat-taxxa tal-qligħ mill-fondi tal-pensjoni tal-2007.

    (5)

    Għall-2009, il-programm jipprevedi baġit ġenerali tal-gvern ibbilanċjat, kontra previżjoni ta' żbilanċ ta' 0,3 % tal-PDG fit-tbassir proviżorju tas-servizzi tal-Kummissjoni, li jimplika bidla negattiva ta' tliet punti perċentwali tal-PDG. L-istabilizzaturi awtomatiċi jammontaw għal madwar punt perċentwali tad-deterjorament globali. Barra mill-espansjoni fiskali diskrezzjonarja ta' madwar punt perċentwali tal-PDG, inkluż xi tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu ta' 0,5 punt perċentwali tal-PDG, it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-assi huwa mistenni li jnaqqas dħul partikolarment volatili b'madwar 1,5 punti perċentwali tal-PDG meta mqabbel mal-livelli tendenzjali. Filwaqt li tipproġetta bilanċ pożittiv strutturali, il-bidla fil-bilanċ strutturali, ibbażat fuq il-bilanċ adattat ċiklikament u kkalkulat mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni permezz ta' metodoloġija miftiehma b'mod komuni u fuq id-definizzjoni tas-servizz tal-Kummissjoni ta' miżuri ta' darba jew miżuri oħra temporanji, stmata għal madwar 2,5 punti perċentwali tal-PDG, tikkonferma qagħda ta' tkabbir fiskali notevoli (3), għalkemm milqut sostanzjalment minn tnaqqis fid-dħul instabbli.

    (6)

    Huwa previst li jkun hemm iktar deterjorazzjoni fil-bilanċ ewlieni fl-2010, min-naħa minħabba l-istabilizzaturi awtomatiċi, iżda l-iktar minħabba trasferiment ieħor ta' darba ppjanat fil-kapitali bħala parti mir-riforma tat-taxxa fuq il-qligħ tal-pensjoni tal-2007. Il-programm jimmira li jkompli jikseb l-għan tiegħu fuq medda ta' żmien medju (MŻM) tal-bilanċ pożittiv strutturali, jiġifieri jiġi adattat ċiklikament nett minn miżuri ta' darba jew miżuri oħra temporanji, fil-medda ta' 0,75-1,75 % tal-PDG sal-2010. Wara l-2010, id-Danimarka qed tirrevedi l-MŻM tagħha 'l isfel għal bilanċ strutturali bħala minimu, li kien ippjanat li jkompli jinkiseb sal-2015. L-MŻM jirrispetta l-limitu minimu ta' żbilanċ ta' madwar 0,5 % tal-PDG u jirrifletti l-proporzjon tad-dejn u t-tkabbir potenzjali medju fil-medda t-twila. Konsegwentement, l-għan il-ġdid huwa stmat li jkun xieraq u konformi mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Il-programm jipprevedi li l-bilanċ ġenerali tal-gvern ser jirritorna għal bilanċ pożittiv żgħir fl-2011. Dan huwa l-biċċa l-kbira msejjes fuq is-suppożizzjonijiet tekniċi ta' produzzjoni u lakuni ta' qgħad li jagħlqu fl-2012, u dan jirriżulta f'żieda ta' dħul ddeterminat ċiklikament. Il-miri huma bbażati fuq xenarju li jeħtieġ miżuri ta' riforma strutturali mhux speċifikati biex itejbu l-bilanċ ġenerali tal-gvern b'mod permanenti b'0,7 % tal-PDG lejn l-2015 biex jiżguraw sostenibbiltà fiskali skont il-metodoloġija nazzjonali. Matul il-perijodu tal-programm, il-bilanċ pożittiv strutturali kkalkulat skont il-metodoloġija miftiehma b'mod komuni huwa previst li jonqos bi 3,5 punti perċentwali tal-PDG, iżda jibqa' f'qagħda pożittiva. Barra l-miżuri ta' stabbiltà finanzjarja li ttieħdu fil-ħarifa tal-2008 u li ġew iddefiniti fl-aġġornament, il-Pakkett ta' Kreditu tat-18 ta' Jannar 2009 jimplika injezzjonijiet ta' kapitali ibridi temporanji sa DKK 100 biljun (5,5 % tal-PDG) sa minn nofs l-2009, li għandu jkollhom impatt immedjat fuq l-iżviluppi tad-dejn tal-aġġornament u impatt potenzjali fuq il-bilanċ ġenerali tal-gvern fuq il-perijodu tal-programm.

    (7)

    Ir-riżultati baġitarji huma soġġetti għal riskji negattivi. Ir-riskji negattivi minħabba s-suppożizzjonijiet favorevoli ta' tkabbir u l-inċertezza dwar miżuri li jwettqu r-riformi strutturali meħtieġa mhumiex żbilanċjati, minkejja rekord ta' baġit pożittiv, minn riskji pożittivi marbuta ma dħul potenzjalment ogħla fil-każ ta' prezzijiet ogħla tal-enerġija u rati ta' interessi iktar baxxi. Barra minn hekk, il-miżuri mnedija biex jindirizzaw l-istabbiltà finanzjarja jimplikaw żieda sinifikanti fl-espożizzjoni għar-riskju.

    (8)

    L-impatt baġitarju għall-perijodu fit-tul tal-popolazzjoni li qed tixjieħ huwa inqas mill-medja tal-UE. Madankollu, l-pożizzjoni baġitarja fl-2008 kif stmata fil-programm, b'bilanċ pożittiv strutturali kbir, tikkontribwixxi għat-tnaqqis ta' dejn gross. Iż-żamma ta' bilanċi favorevoli primarji għoljin fil-perijodu medju jikkontribwixxi għal-limitazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, li attwalment jinsabu f'livell baxx.

    (9)

    Kif inhu rifless fir-rekord baġitarju, id-Danimarka bbenefikat minn qafas fiskali relattivament b'saħħtu, magħruf għall-kopertura wiesgħa tiegħu u t-trasparenza u l-viżibbiltà tar-regoli fiskali tiegħu. Madankollu, in-nefqa tal-konsum ġenerali tal-gvern normalment kellha tendenza li taqbeż il-miri. Inizjattivi riċenti li jinvolvu sanzjonijiet ekonomiċi setgħu jtejbu inċentivi għal gvernijiet lokali biex iżommu mal-miri miftiehma. Barra min hekk, ittieħdu xi azzjonijiet biex isaħħu l-attenzjoni fuq il-kost-effettività tal-infiq pubbliku. Minkejja dan, ser jinħtieġu iktar miżuri biex jitrażżan it-tkabbir tal-infiq f'konformità mal-miri tal-Gvern.

    (10)

    Bil-ħsieb li jsostnu l-istabbilità finanzjarja, l-awtoritajiet Daniżi adottaw firxa ta' miżuri li jinkludu l-emendar tal-qafas regolatorju tas-settur tal-pensjonijiet u tal-assigurazzjoni tal-ħajja, l-Att tal-Istabbilità Finanzjarja ta' Ottubru 2008 u l-Pakkett ta' Kreditu msemmi hawn fuq. L-Att tal-Istabbilità Finanzjarja effettivament jipprovdi garanzija bla limitu mirfud mill-gvern għal kredituri bla sigurtà sat-30 ta' Settembru 2010, fejn il-banek li qed jieħdu sehem jkopru talbiet sa DKK 35 biljun (2 % tal-PDG), u l-istat ikopri dawk it-talbiet kollha minn dan l-ammont 'il fuq. Mill-1 ta' Ottubru 2010 huwa previst limitu ta' assigurazzjoni ta' depożiti ta' DKK 750 000. Il-Pakkett ta' Kreditu jindirizza l-pressjoni li qed tiżdied fuq is-solvenza tal-banek u l-istituzzjonijiet għall-ipoteki biex jagħtu sehemhom sabiex il-politika tat-tislif terġa' tiġi għan-normal.

    (11)

    F'konformità mal-Pjan Ewropew għar-Rilanċ Ekonomiku miftiehem f'Diċembru mill-Kunsill Ewropew, id-Danimarka pproċediet biex timplimenta tkabbir fiskali diskrezzjonarju ta' madwar punt perċentwali tal-PDG bl-adozzjoni tal-baġit tal-2009, inklużi l-miżuri permanenti li jżidu l-inċentivi tax-xogħol (tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu) u jtejbu l-potenzjal tat-tkabbir (investiment fir-Riċerka u l-Iżvilupp). Parti mill-espenzjoni hija dovuta għal żidiet kbar tal-pagi fis-settur pubbliku. Pjan dwar infrastruttura tat-trasport favur l-ambjent miftiehem fid-29 ta' Jannar 2009 huwa previst li jipprovdi stimolu ieħor fiskali ta' DKK 5 biljun (0,25 % tal-PDG) mifrux fuq l-2009 u l-2010. Il-miżuri huma relatati mal-aġenda tar-riforma strutturali ta' Lisbona għall-perijodu medju kif riveduta mill-Kummissjoni fit-28 ta' Jannar 2009.

    (12)

    Abbażi tal-informazzjoni fl-aġġornament tal-programm, il-bilanċ strutturali huwa previst li ser jiddeterjora bi 2,5 punti perċentwali fl-2009 u punt ieħor perċentwali fuq il-perijodu tal-programm li jkun baqa'. Min-naħa, id-deterjorament jirrifletti inqas dħul minn sorsi partikolarment volatili u transitorji. Fid-dawl ta' punt ta' tluq fiskalment stabbli u l-istabilizzaturi awtomatiċi b'saħħithom involuti, il-qagħda fiskali espansjonarja ppjanata tidher li hija rispons adegwat għad-deterjorament ekonomiku. Matul il-perijodu tal-programm, il-previżjonijiet baġitarji jindikaw li l-pożizzjoni fiskali tad-Danimarka hija f'konformità sħiħa mal-kriterji tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.

    (13)

    L-aġġornament tal-programm jipprovdi d-data kollha meħtieġa u ħafna mid-data (4) mhux obbligatorja.

    Il-konklużjoni ġenerali hija li, fl-istadju attwali u minħabba l-pożizzjoni fiskali komda, il-qagħda fiskali ġenerali hija meqjusa adegwata fid-dawl tat-tkabbir fiskali diskrezzjonarju ta' madwar punt perċentwali tal-PDG fl-2009 u fid-dawl tal-istabbilizzaturi awtomatiċi relattivament b'saħħithom. Il-programm ibassar tnaqqis fil-bilanċ favorevoli ġenerali tal-gvern b'madwar 3 punti perċentwali tal-PDG fl-2009 u madwar 1,25 punti perċentwali aktar fl-2010. Is-suppożizzjonijiet tat-tkabbir tal-programm huma favorevoli. Il-politika fiskali timmira li jkomplu jinkisbu l-MŻM, b'konsistenza mal-objettiv ta' sostenibbiltà dejjiema tul il-perijodu ta' programmar kollu, u b'hekk tinżamm marġni ta' sikurezza adegwata mill-valur ta' referenza. Wara perijodu ta' bilanċi pożittivi baġitarji għoljin, li bbenefikaw minn qafas fiskali relattivament b'saħħtu, id-dejn ġenerali gross tal-gvern niżel għal livell baxx.

    Fid-dawl tal-evalwazzjoni ta' hawn fuq, id-Danimarka hija mistiedna biex:

    (i)

    timplimenta l-pjanijiet fiskali għall-2009, inklużi l-miżuri ta' stimolu; f'konformità mal-Pjan Ewropew għar-Rilanċ Ekonomiku u fil-qafas tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir;

    (ii)

    tidentifika l-miżuri ta' riforma strutturali meħtieġa; b'mod partikolari timmira li ssaħħaħ il-provvista ta' ħaddiema, biex jintlaħqu l-miri baġitarji fis-snin aħħarin.

    Tqabbil tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju ewlieni

     

     

    2007

    2008

    2009

    2010

    2011

    2012

    2015

    PDG reali

    (% tibdil)

    PK Diċ 2008

    1,6

    0,2

    – 0,2

    0,7

    1,9

    1,7

    1,6

    COM Jan 2009

    1,6

    – 0,6

    – 1,0

    0,6

    m.d.*

    m.d.

    m.d.

    PK Diċ 2007

    2,0

    1,3

    1,1

    0,5

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    Inflazzjoni HICP

    (%)

    PK Diċ 2008

    1,7

    3,6

    1,3

    2,1

    1,4

    1,8

    1,8

    COM Jan 2009

    1,7

    3,6

    1,6

    1,9

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    PK Diċ 2007

    1,7

    2,4

    1,6

    1,9

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    Distakk tal-produzzjoni (5)

    (% tal-PDG potenzjali)

    PK Diċ 2008

    1,4

    0,0

    – 1,4

    – 1,8

    – 1,2

    – 0,8

    – 0,5

    COM Jan 2009 (6)

    1,8

    – 0,1

    – 2,1

    – 2,4

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    PK Diċ 2007

    1,0

    0,3

    – 0,4

    – 1,5

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    Self nett vis-à-vis l-bqija tad-dinja

    (% tal-PDG)

    PK Diċ 2008

    0,7

    1,7

    1,8

    2,3

    2,6

    2,6

    1,8

    COM Jan 2009

    0,7

    1,7

    1,5

    1,5

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    PK Diċ 2007

    1,7

    1,3

    1,9

    2,2

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    Infiq ġenerali tal-gvern

    (% tal-PDG) (8)  (10)

    PK Diċ 2008

    54,5

    53,2

    51,2

    51,5

    52,1

    51,8

    51,5

    COM Jan 2009

    55,4

    54,8

    52,8

    53,4

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    PK Diċ 2007

    53,4

    52,9

    52,0

    51,7

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    Infiq ġenerali tal-gvern

    (% tal-PDG) (8)  (10)

    PK Diċ 2008

    49,9

    50,2

    51,2

    52,8

    51,8

    51,7

    51,6

    COM Jan 2009

    50,9

    51,6

    53,1

    54,9

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    PK Diċ 2007

    49,6

    49,8

    50,0

    50,5

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    Dħul ġenerali tal-gvern

    (% tal-PDG) (10)

    PK Diċ 2008

    4,5

    3,0

    0,0

    – 1,2

    0,3

    0,1

    – 0,1

    COM Jan 2009

    4,5

    3,1

    – 0,3

    – 1,5

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    PK Diċ 2007

    3,8

    3,0

    2,0

    1,2

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    Bilanċ primarju

    (% tal-PDG)

    PK Diċ 2008

    6,1

    4,2

    1,5

    0,2

    1,6

    1,3

    0,7

    COM Jan 2009

    6,1

    4,5

    1,2

    0,0

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    PK Diċ 2007

    5,2

    4,2

    3,0

    2,1

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    Bilanċ aġġustat ċiklikament (5)

    (% tal-PDG)

    PK Diċ 2008

    3,6

    3,0

    0,9

    0,0

    1,1

    0,6

    0,2

    COM Jan 2009

    3,3

    3,2

    1,0

    0,1

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    PK Diċ 2007

    3,1

    2,8

    2,3

    2,2

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    Bilanċ strutturali (7)  (9)

    (% tal-PDG)

    PK Diċ 2008

    3,7

    4,0

    2,6

    1,7

    1,3

    0,6

    0,2

    COM Jan 2009

    3,3

    3,8

    1,1

    0,9

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    PK Diċ 2007

    3,5

    3,4

    2,5

    2,5

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    Dejn gross tal-gvern

    (% tal-PDG)

    PK Diċ 2008

    26,3

    30,3

    27,9

    26,3

    25,4

    24,6

    22,6

    COM Jan 2009

    26,3

    30,3

    28,4

    27,0

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    PK Diċ 2007

    25,6

    21,6

    19,2

    18,6

    m.d.

    m.d.

    m.d.

    Programm ta' konverġenza (PK); Tbassir proviżorju ta' Jannar 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni (COM); kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


    (1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Id-dokumenti msemmija f'dan it-test jinsabu fil-websajt li ġejja:

    http://ec.europa.eu/economiy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm.

    (2)  Il-valutazzjoni tqis notevolment it-tbassir ta' Jannar 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, iżda wkoll informazzjoni oħra li saret disponibbli minn dakinhar.

    (3)  Differenzi fid-definizzjoni ta' miżuri ta' darba u oħrajn temporanji juru li l-estimi għall-bilanċ strutturali għad mhumiex komparabbli mat-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni ta' Jannar 2009.

    (4)  B'mod partikolari, id-dħul totali u ċ-ċifri ta' nfiq totali u xi subkomponenti ma jikkorrispondux mad-definizzjonijiet armonizzati, u b'hekk l-evalwazzjoni tikkomplika ruħha. Barra minn hekk, speċifikazzjoni waħda tal-aġġustament tal-fluss ta' skokk hija nieqsa fost id-data mhux obbligatorja.

    (5)  Distakki fil-produzzjoni u bilanċi aġġustati ċiklikament skont il-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni fil-programmi.

    (6)  Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat ta' 1,8 %, 1,4 %, 1,0 % u 0,9 % rispettivament fil-perjodu 2007-2010.

    (7)  Bilanċ aġġustat ċiklikament li jeskludi miżuri ta' darba biss u oħrajn temporanji. Miżuri ta' darba u oħrajn temporanji huma -1,0 % tal-PDG fl-2008, -1,7 % fl-2009 u l-2010, u -0,2 % fl-2011, li kollha jnaqqsu l-iżbilanċ jew iżidu l-bilanċ favorevoli, skont l-aktar programm riċenti u 0,5 % tal-PDG fl-2008, -0,2 % fl-2009 u -0,8 % fl-2010, li kollha jnaqqsu l-iżbilanċ jew iżidu l-bilanċ favorevoli, abbażi tat-tbassir proviżorju ta' Jannar 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni.

    (8)  Id-data tal-programm għad-dħul u l-infiq hija differenti mid-data rrapportata lil Eurostat, wara l-approċċ armonizzat, (ara r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1500/2000), li fuqu huwa bbażat it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni. Id-differenza hija marbuta primarjament mat-trattament tal-bejgħ pubbliku ta' oġġetti u servizzi u tal-konsum tal-kapital fiss. Madankollu, il-bilanċ mhuwiex affettwat.

    (9)  Permezz tal-bilanċ aġġustat ċiklikament kkalkulat mill-ġdid, ibbażat fuq l-informazzjoni fil-programm, u d-definizzjoni tal-miżuri ta' darba u oħrajn temporanji applikati mill-Kummissjoni, il-bilanċ strutturali għandu jkun ta' 3,6 % tal-PDG fl-2008 u 1,1 fl-2009, u 0,9 fl-2010.

    (10)  Għall-2007, iċ-ċifri huma differenti minn dawk irrapportati lill-Eurostat fin-notifika tal-EDP ta' Ottubru 2008. Iċ-ċifri użati jirriflettu data iktar riċenti u riveduta ppubblikata minn Statistics Denmark, li għadhom mhumiex ivvalidati mill-Eurostat.

    Sors:

    Programm ta' konverġenza (PK); Tbassir proviżorju ta' Jannar 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni (COM); kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


    Top