Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0305(02)

    Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    ĠU C 52, 5.3.2009, p. 5–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 52/5


    Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    (2009/C 52/03)

    Numru: XA 357/08

    Stat Membru: Spanja

    Reġjun: Comunidad Valenciana

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Sobre medidas fitosanitarias para las plantaciones de frutales afectados por el virus de la Sharka y concesión de ayudas para el arranque de árboles enfermos.

    Bażi legali:

    Proyecto de Orden de la CAPA por la que se modifica la Orden de 5 de junio de 2000, de la CAPA, sobre medidas fitosanitarias para plantaciones de frutales afectadas por el virus de la Sharka (plum pox virus) y concesión de ayudas por arranque de árboles enfermos (DOGV núm. 3776, 21.6.2000), complementada por la Orden de 25 de septiembre de 2000, de la CAPA, (DOCV núm. 3864, 25.10.2000).

    Ley no 43/2002, de 20 de noviembre, de Sanidad Vegetal

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-ammont ta' għajnuna ppjanata f'din l-Orden jitħallas skont l-intestatura 12.02.01.542.20, linja T1938 tal-baġit tal-gvern reġjonali, b'nefqa prevista ta' EUR 500 000 fis-sena.

    Għall-perjodu sħiħ, hija prevista nefqa ta' EUR 3 000 000

    Intensità massima tal-għajnuna: L-ammont tal-kumpens ivarja skont il-kapaċità ta' produzzjoni tas-siġra, filwaqt li jitqies l-iżvilupp tas-siġra skont l-ispeċi, il-varjetà u l-età. Tapplika s-skala ta' primjums li ġejja:

    Għal kull parcela (roqgħa raba' mkejla) japplikaw il-limiti massimi li ġejjin:

    Data tal-applikazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

    Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

    Għan tal-għajnuna: L-għan ta' din l-għajnuna huwa li tagħmel tajjeb għat-telf imġarrab mill-bdiewa minħabba l-mard tas-siġar tal-frott bil-għadma (l-ispeċijiet tal-berquq, iċ-ċirasa u l-ħawħ), milquta mill-virus sharka.

    L-għajnuna hija koperta mill-eżenzjoni pprovduta fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet lill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tas-16.12.2006).

    Nomenklatura ta' Attivitajiet Ekonomiċi (NACE) 0124: Tkabbir ta' frott pomaċi u frott bl-għadma

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Consellería de Agricultura, Pesca y Alimentación

    C/ Amadeo de Saboya, no 2

    E-46010 Valencia

    Indirizz tal-internet: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/ORDEN%20MODIFICACION%202008%20sharka%20V.pdf

    Tagħrif ieħor: —

    Numru: XA 379/08

    Stat Membru: Spanja

    Reġjun: Comunitat Valenciana

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Federación del Vino de la Comunidad Valenciana

    Bażi ġuridika: Ayuda individual nominativa: Presupuestos de la Generalitat 2008, programa 714.60, Línea T1766000-«Garantizar calidad en los productos de calidad reconocida»

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 269 000

    Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

    Data tal-applikazzjoni: B'seħħ mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

    Tul ta' żmien tal-iskema tal-għajnuna individwali: Novembru 2008

    Skop tal-għajnuna: Parteċipazzjoni u organizzazzjoni fil-fieri: VINISUD 08, Montpellier; Alimentaria 08, Barcelona; Ġranet tekniċi u fora ta' skambju tal-għarfien bejn l-impriżi: B'mod partikolari dwar “l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq (OKS) ġdida tal-inbid u l-effetti tagħha”; Regolamentazzjoni ta' kontroll u ċertifikazzjoni (Norma UP-UNE 45011); Korsijiet: Taħriġ fl-aspetti tal-kultura tal-inbid, analiżi sensorjali, kwalitajiet ta' u differenzi bejn l-inbejjed, l-inbid u s-saħħa, it-temi kollha li għandhom x'jaqsmu mas-settur li jippromwovu l-konsum moderat tal-inbid filwaqt li jħeġġu l-għarfien dwaru; Divulgazzjoni, dejjem minn perspettiva ġeneriku: Karatteristiċi tal-kwalità tal-inbejjed, l-aspetti kulturali tiegħu u dawk li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa; Ħolqien u manutenzjoni ta' sit fuq l-internet li jippreżenta informazzjoni b'mod ġenerali u newtrali, li jenfasizza l-benefiċċji nutrizzjonali tal-prodott u li jippromwovi l-konsum responsabbli tiegħu.

    Attivitajiet previsti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

    Settur jew setturi benefiċċjarji: SMEs tas-settur agroalimentari tal-Comunitat Valenciana

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Consellería de Agricultura, Pesca y Alimentación

    C/ Amadeo de Saboya, no 2

    E-46010. Valencia

    Indirizz elettroniku: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/FEDEVINS.pdf

    Tagħrif ieħor: —

    Marta VALSANGIACOMO GIL

    La Directora General de Comercialización

    Numru XA: XA 391/08

    L-Istat Membru: L-Iżvezja

    Ir-Reġjun: —

    Titlu tal-iskema ta' għajnuna: Stöd för obligatoriska TSE-kontroller vid slakt av nötkreatur

    Il-bażi legali: Regeringens beslut av den 20 december 2007 och den 23 oktober 2008 om regleringsbrev för budgetåret 2008 avseende Statens jordbruksverk, anslag 43:1, ap. 2, samt regeringens beslut om regleringsbrev för budgetåren 2009 och 2010 avseende Statens jordbruksverk

    Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema: SEK 34 miljun għal 180 000 test, li jinkudu SEK 26 miljun f'fondi nazzjonali = SEK 144 għal kull test, jiġifieri madwar EUR 16

    Intensità massima tal-għajnuna: EUR 40 għal kull test, li jinkludu għajnuna mill-Komunità (EUR 5 għall-2008)

    Data tal-implimentazzjoni: Bħal dik tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' identifikazzjoni tat-talba ta' eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

    Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għoti tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2010

    Għan tal-għajnuna: L-Artikolu 16(1) japplika. L-għan huwa li l-produtturi Svediżi taċ-ċanga jitqiegħdu f'pożizzjoni iktar ekwa ma' produtturi fi Stati Membri oħra fejn l-appoġġ finanzjarju jingħata għat-testijiet tat-TSE

    Is-settur ikkonċernat: Annimali bovini maqtula għall-konsum uman

    Isem u indirizz l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Statens jordbruksverk

    S-551 82 Jönköping

    Is-sit elettroniku: http://www.regeringen.se/content/1/c6/08/81/69/060a7e70.pdf

    http://www.esv.se/StatsliggarenApp/OpenFile?regleringsbrevId=11077&visningTyp=1&mediaTyp=0&period=2008

    Numru XA: XA 396/08

    L-Istat Membru: L-Italja

    Ir-reġjun: The entire territory of Italy

    It-titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Aiuti per il pagamento di premi assicurativi

    Il-bażi ġuridika: Art. 2 comma da 1 a 5 ter del D.Lgs. 29 marzo 2004, n. 102, come modificato dall'art. 2 del Decreto Legislativo 18 aprile 2008 n. 82, Decreto linee applicative 13 ottobre 2008, n. 12939

    In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: In-nefqa ppjanata taħt din l-iskema għandha tiġi determinata fuq il-bażi tad-disponibbilità tal-baġit tal-Istat. Għall-2008, l-ammonti allokati għall-programm jammontaw għal EUR 220 miljun

    L-intensità massima tal-għajnuna: Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-intensità grossa tal-għajnuna m'għandhiex taqbeż:

    (i)

    telf imsemmi fil-punt (a) jew telf ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi; u/jew

    (ii)

    telf ikkawżat minn mard tal-bhejjem u tal-pjanti jew infestazzjonijiet tal-pesti.

    L-għajnuna m'għandhiex tkun limitata għall-assigurazzjoni provduta minn kumpanija waħda tal-assigurazzjoni jew minn grupp ta' kumpaniji, jew issir soġġett għall-kundizzjoni li l-kuntratt tal-assigurazzjoni jsir ma' kumpanija stabbilita fl-Italja

    Id-data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

    It-tul tal-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Taħt l-iskema, l-għajnuna tista' tingħata sal-31 ta' Diċembru 2013 u għal sitt xhur minn hemm 'il quddiem

    L-għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna hu li jiġu mogħtija ssussidji għall-pagament tal-primjums tal-assigurazzjoni għall-politiki kontra d-diżastri naturali, avvenimenti assimilati ma' diżastri naturali, diżastri oħra u telf ikkawżat minn mard tal-bhejjem jew tal-pjanti.

    Is-sussidji jingħataw skont l-Artikolu 12 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

    Is-settur(i) konċernat(i): Agrikoltura — Produzzjoni primarja

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Ministero delle politiche agricole alimentari e forestali

    Dipartimento delle Politiche di Sviluppo — Direzione Generale dello Sviluppo Rurale

    Via XX Settembre n. 20

    I-00187 Rome

    Indirizz tal-internet: Id-digriet jista' jinstab fuq:

    http://www.politicheagricole.it/SviluppoRurale/FondoSolidarietaNazionale/interventi assicurativi

    XA Number: XA 397/08

    Stat Membru: L-Italja

    Reġjun: Veneto

    Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża benefiċjarja ta' għajnuna individwali: Corsi di aggiornamento per il corretto impiego di prodotti fitosanitari

    Bażi ġuridika: Deliberazione della Giunta Regionale del Veneto del 8.8.2008, n. 2218. DPR 23 aprile 2001, n. 290, art. 27 — DGR n. 3306 del 22.10.2004. Corsi di aggiornamento per il corretto impiego dei prodotti fitosanitari. Bando per la presentazione di domande di finanziamento. Deliberazione della Giunta Regionale del Veneto del 14.10.2008, n. 2902. Esecutività DGR 2218 dell'8.8.2008«DPR 23 aprile 2001, n. 290, art. 27 — DGR n. 3306 del 22.10.2004. Corsi di aggiornamento per il corretto impiego dei prodotti fitosanitari. Bando per la presentazione di domande di finanziamento».

    Legge regionale 30 gennaio 1990, n. 10 Ordinamento del sistema della formazione professionale e organizzazione delle politiche regionale del lavoro. D.P.R. 23 aprile 2001, n. 290, artt. 25-26-27, Regolamento di semplificazione dei procedimento di autorizzazione alla produzione, alla immissione in commercio e alla vendita di prodotti fitosanitari e relativi coadiuvanti

    Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont annwali kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Il-finanzjament jiġi stabbilit mil-liġi reġjonali tal-approvazzjoni tal-estimi ta' previżjoni għas-sena finanzjarja u mill-emdni suċċessivi għal dawk l-estimi Għas-sena 2008, l-ammont kumplessiv mogħti huwa ta' EUR 150 100

    Intensità massima tal-għajnuna: Sa 100 % tan-nefqa eliġibbli, abbażi ta' parametru ta' spiża s-siegħa ta' taħriġ attwalment stabbilit għal 130 EUR s-siegħa. Kull min jagħmel talba (Organizzazzjonijiet tat-taħriġ akkreditati kif previst mil-liġi reġjonali tad-9 ta' Awwissu 2002, n. 19) jista' jippreżenta massimu ta' proġett wieħed (1) li jkun jinkludi l-azzjonijiet kollha ta' taħriġ (ta' bażi u/jew ta' aġġornament) għal ammont ta' sigħat ta' mhux aktar minn 390 siegħa. It-total tal-ispiża ammissibbli għall-azzjonijiet ta' taħriġ huwa ta' 1 950 Euro għal azzjonijiet ta' taħriġ ta' bażi (minimu ta' 15-il siegħa l-azzjoni) u 780 EUR għall-azzjonijiet ta' taħriġ ta' aġġornament (minimu 6 sigħat l-azzjoni)

    Id-data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali

    Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: It-30 ta' Ġunju 2010

    Għan tal-għajnuna: Tagħlim ġenerali u taħriġ tal-bdiewa u l-ħaddiema tagħhom.

    L-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 — Għoti ta' għajnuna teknika fis-settur agrikolu.

    Spejjez eliġibbli: spejjeż marbutin mal-organizzazzjoni u t-twettiq ta' korsijiet ta' taħriġ

    Settur(i) konċernat(i): L-iskema għandha x'taqsam ma' attivitajiet ta' taħriġ professjonali marbut mal-użu x-xieraq tal-prodotti fitosanitarji, u hija maħsuba għall-bdiewa li jaħdmu fil-qasam tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli msemmija fl-Anness I tat-Trattat

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Regione del Veneto

    Giunta regionale Direzione Regionale Agroambiente e Servizi per l'Agricoltura

    via Torino, 110

    I-30172 Mestre (VE)

    Sit tal-Internet: http://www.regione.veneto.it/Economia/Agricoltura+e+Foreste/Agricoltura/Servizi+per+Agricoltura/Formazione+e+aggiornamento

    http://www.regione.veneto.it/Bandi+Avvisi+Concorsi/Bandi/?materia=Agricoltura

    Aktar tagħrif: —


    Top