Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0218(04)

    Estratt mis-sentenza rigward Kaupthing Bank Luxembourg S.A. b'applikazzjoni tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

    ĠU C 39, 18.2.2009, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 39/30


    Estratt mis-sentenza rigward Kaupthing Bank Luxembourg S.A. b'applikazzjoni tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

    (2009/C 39/08)

    ŻIEDA MAL-KOMPITI TAL-AMMINISTRATURI TA' KAUPTHING BANK LUXEMBOURG S.A. AMMESS GĦAS-SISTEMA TAS-SOSPENSJONI TAL-PAGAMENTI

    Permezz tas-sentenza tat-28 ta' Jannar 2009, il-Qorti tal-Appell ta' Lussemburgu, ir-raba' Awla, fil-ġuriżdizzjoni kummerċjali tagħha, f'seduta pubblika, wara li semgħet in camera s-sottomissjoniiet tal-amministraturi u l-mandatarju tal-kumpanija Kaupthing Bank Luxembourg S.A., ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni għas-Sorveljanza tas-Settur Finanzjarju u r-rappreżentant tal-Prosekutur Pubbliku, emendat is-sentenza tal-24 ta' Diċembru 2008 tat-Tribunal Distrettwali tal-Lussemburgu fil-ġuriżdizzjoni kummerċjali tiegħu, u tikkompleta l-kompiti tal-amministraturi, kif stipulati fis-sentenza tad-9 ta' Ottubru 2008 li ppermettiet lil Kaupthing Bank Luxembourg S.A. li tibbenefika mis-sistema tas-sospensjoni tal-pagamenti kif ipprovduta fil-leġiżlazzjoni tal-Lussemburgu u s-sentenza tal-31 ta' Ottubru 2008 tat-Tribunal Distrettwali fil-ġuriżdizzjoni kummerċjali tiegħu:

    “li l-amministraturi għandhom jitolbu lill-kredituri li għalihom il-pjan ta' ristrutturar ma jpprovdix indennità sħiħa u immedjata (il-‘kredituri ristrutturati’) biex japprovaw il-pjan, u dan il-pjan għandu jiġi kkunsidrat bħala approvat u vinkolanti fuq dawn il-kredituri jekk jaqblu mal-pjan aktar minn nofs il-kredituri ristrutturati, li flimkien jirrappreżentaw aktar minn nofs l-obbligazzjonijiet irrappreżentati mill-krediti ristrutturati, u l-kredituri ma jesprimux lilhom infushom jitqiesu li qed japprovaw il-pjan; il-kredituri ristrutturati jistgħu jesprimu l-aċċettazzjoni jew ir-rifjut tal-pjan ta' ristrutturar li jiġi ppreżentat lilhom bi kwalunkwe mezz, inklużi l-mezzi elettroniċi;

    ġaladarba l-pjan ta' ristrutturar ikun definittivament stabbilit u approvat minn qabel bil-modi msemmija, għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni mit-Tribunal;”

    Il-Kummissjoni ta' Sorveljanza għas-Settur Finanzjarju

    Il-Lussemburgu, 28 ta' Jannar 2009.


    Top