Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/023/10

    Sentenza tal-Qorti tal- 1 ta' Frar 2008 fil-Kawża E-4/07 Jón Gunnar Þorkelsson vs Gildi-lífeyrissjóður (Fond tal-Pensjoni Gildi) (Drittijiet għall-pensjoni ta' invalidità — Moviment liberu tal-ħaddiema — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Regolament (KEE) Nru 574/72)

    ĠU C 23, 29.1.2009, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 23/13


    SENTENZA TAL-QORTI

    tal-1 ta' Frar 2008

    fil-Kawża E-4/07 Jón Gunnar Þorkelsson vs Gildi-lífeyrissjóður (Fond tal-Pensjoni Gildi)

    (Drittijiet għall-pensjoni ta' invalidità — Moviment liberu tal-ħaddiema — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Regolament (KEE) Nru 574/72)

    (2009/C 23/10)

    Fil-kawża E-4/07 bejn Gunnar Þorkelsson u Gildi-lífeyrissjóður (Fond tal-Pensjoni Gildi) — Talba lill-Qorti mill-Héraðsdómur Reykjavíkur (il-Qorti Distrettwali ta' Reykjavík), l-Iżlanda, dwar regoli dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema fiż-ŻEE, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Henrik Bull, Imħallef Relatur, u Thorgeir Örlygsson, Imħallef, tat sentenza fl-1 ta' Frar 2008, li d-dispożittiv tagħha hu kif ġej:

    1.

    it-terminu “sigurtà soċjali”, kif għandu jinftiehem taħt l-Artikolu 29 ŻEE u r-Regolament (KEE) Nru 1408/71, ikopri l-intitolament għal benefiċċju tal-invalidità li jseħħ fi skemi ta' fondi tal-pensjoni bħal dik ikkonċernata fil-proċedimenti ewlenin, inklużi pensjonijiet ibbażati fuq drittijiet mbassra;

    2.

    li l-intitolament għall-benefiċċji tal-invalidità bbażat fuq drittijiet imbassra bħal dawk ikkonċernati fil-proċedimenti ewlenin ikun suġġett għall-kundizzjoni li l-membru ta' fond tal-pensjoni jkun ħallas kontribuzzjonijiet għal fond li jkun jagħmel parti minn ċertu grupp ta' fondi għal perjodu speċifiku li jippreċedi d-data ta' inċident u għalhekk li jeskludi kontribuzzjonijiet imħallsa f'sistemi tas-sigurtà soċjali fi Stati oħra taż-ŻEE fir-rigward ta' xogħol li sar hemm mhuwiex kompatibbli mal-Artikolu 45(5) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71;

    3.

    skond ir-Regolament (KEE) Nru 574/72, il-persuni għandhom iressqu l-pretensjonijiet fl-Istat fejn kienu residenti u fejn kellhom intitolamenti tas-sigurtà soċjali meta seħħ il-korriment tagħhom. Madankollu, il-preżentatazzjoni ta' pretensjoni lill-istituzzjoni relevanti ta' Stat ieħor taż-ŻEE hija bla ħsara għad-dritt għal benefiċċji taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71. F'kull każ hija kull istituzzjoni kkonċernata li għandha tieħu d-deċiżjoni aħħarija dwar jekk il-persuna li ressqet il-pretensjoni għandhiex tingħata l-benefiċċju li ntalab minn dik l-istituzzjoni.


    Top