This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0483
Case C-483/08: Reference for a preliminary ruling from the Tribunal de Première Instance de Mons (Belgium) lodged on 11 November 2008 — Régie Communale Autonome du Stade Luc Varenne v Belgian State — SPF Finances
Kawża C-483/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance ta' Mons (Il-Belġju) fl- 10 ta' Novembru 2008 — Régie communale autonome du stade Luc Varenne vs L-Istat Belġjan — SPF Finances
Kawża C-483/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance ta' Mons (Il-Belġju) fl- 10 ta' Novembru 2008 — Régie communale autonome du stade Luc Varenne vs L-Istat Belġjan — SPF Finances
ĠU C 19, 24.1.2009, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance ta' Mons (Il-Belġju) fl-10 ta' Novembru 2008 — Régie communale autonome du stade Luc Varenne vs L-Istat Belġjan — SPF Finances
(Kawża C-483/08)
(2009/C 19/27)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance ta' Mons
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Régie communale autonome du stade Luc Varenne
Konvenuta: L-Istat Belġjan — SPF Finances
Domanda preliminari
L-Artikolu 10 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (1), jipprekludi interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali u prattika amministrattiva li jistabbilixxu l-punt tat-tluq tal-azzjoni għal irkupru tat-taxxa fuq il-valur miżjud, li abbażi tiegħu huwa kkalkolat it-terminu ta' preskrizzjoni ta' din l-azzjoni, fil-jum tal-preżentata tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud li biha l-persuna taxxabbli tinvoka d-dritt tagħha għal tnaqqis?
(1) ĠU L 145, p. 1.