EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0514

Kawża T-514/08: Rikors ippreżentat fis- 26 ta' Novembru 2008 — Laboratorios Byly vs UASI — Ginis (BILLY'S Products)

ĠU C 19, 24.1.2009, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/35


Rikors ippreżentat fis-26 ta' Novembru 2008 — Laboratorios Byly vs UASI — Ginis (BILLY'S Products)

(Kawża T-514/08)

(2009/C 19/67)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Byly, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentant: L. Plaza Fernandez-Villa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vasileios Ginis (Ateni, il-Greċja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Vasileios Ginis.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “BILLY's products” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4.215.273) għal prodotti fil-klassi 3.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Trade marks verbali Komunitarji “BYLY” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 156.216), għal prodotti fil-klassi 3, u “byly” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2.604.015), għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 u servizzi fil-klassi 35.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Rikors miċħud.

Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, dwar it-trade mark Komunitarja.


Top