Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0284

    Kawża T-284/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 4 ta' Diċembru 2008 — People's Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill ( Politika barranija u ta' sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu — Iffriżar ta' fondi — Rikors għal annullament — Drittijiet tad-difiża — Stħarriġ ġudizzjarju )

    ĠU C 19, 24.1.2009, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 19/29


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Diċembru 2008 — People's Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill

    (Kawża T-284/08) (1)

    (“Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu - Iffriżar ta' fondi - Rikors għal annullament - Drittijiet tad-difiża - Stħarriġ ġudizzjarju’)

    (2009/C 19/55)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: People's Mojahedin Organization of Iran (Auvers-sur-Oise, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn J.-P. Spitzer, avukat, u D. Vaughan, QC, sussegwentement minn J.-P. Spitzer, D. Vaughan u M.E. Demetriou, barrister)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G.J. Van Hegleson, M. Bishop u E. Finnegan, sussegwentement minn M. Bishop u E. Finnegan, aġenti)

    Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Franċiża, (rappreżentanti: G. de Bergues u A.L. During, aġenti); u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Aalto u S. Boelaert, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/583/KE, tal-15 ta' Lulju 2008, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/868/KE (ĠU L 188, p. 21), safejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/583/KE, tal-15 ta' Lulju 2008, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/868/KE, hija annullata safejn tikkonċerna lill-People's Mojahedin Organization of Iran.

    2)

    Il-Kunsill huwa kkundannat li jħallas l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-People's Mojahedin Organization of Iran.

    3)

    Ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 236, 13.9.2008.


    Top