Alegeți funcționalitățile experimentale pe care doriți să le testați

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 62007TA0275

Kawża T-275/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 2 ta' Diċembru 2008 — Ebro Puleva vs UASI — Berenguel (BRILLO'S) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BRILLO'S — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li fihom l-element verbali brillante — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

ĠU C 19, 24.1.2009, p. 28-28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/28


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Ebro Puleva vs UASI — Berenguel (BRILLO'S)

(Kawża T-275/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BRILLO'S - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li fihom l-element verbali ‘brillante’ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 19/52)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ebro Puleva, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Casamitjana Lleonart, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Montalto, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Luis Berenguel, SL (El Barranquete-Níjar, Spanja) (rappreżentant: C. Hernández Hernández)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta' Mejju 2007 (Każ R 493/2006-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Ebro Puleva, SA u Luis Berenguel, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ebro Puleva, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 6.10.2007.


Sus