Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0067

    Kawża T-67/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 2 ta' Diċembru 2008 — Ford Motor vs UASI (FUN) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FUN — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Nuqqas ta' karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

    ĠU C 19, 24.1.2009, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 19/26


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Ford Motor vs UASI (FUN)

    (Kawża T-67/07) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FUN - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta' karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

    (2009/C 19/49)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniz

    Partijiet

    Rikorrenti: Ford Motor Co. (Dearborn, Michigan, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Ingerl, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Diċembru 2006 (Każ R 1135/2006-2) li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali FUN bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta' Diċembru 2006 (Każ R 1135/2006 2), hija annullata.

    2)

    L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


    Top