Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0362

    Kawża T-362/05 u T-363/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 2 ta' Diċembru 2008 — Nuova Agricast u Cofra vs Il-Kummissjoni ( Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Skema ta' għajnuna prevista mil-leġiżlazzjoni Taljana — Skema ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni — Miżura tranżitorja — Esklużjoni ta' ċerti impriżi — Prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Ksur suffiċjentement serju ta' regola tad-dritt li hija intiża biex tagħti drittijiet lill-individwi — Nuqqas )

    ĠU C 19, 24.1.2009, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 19/24


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Nuova Agricast u Cofra vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-362/05 u T-363/05) (1)

    (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Skema ta' għajnuna prevista mil-leġiżlazzjoni Taljana - Skema ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni - Miżura tranżitorja - Esklużjoni ta' ċerti impriżi - Prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Ksur suffiċjentement serju ta' regola tad-dritt li hija intiża biex tagħti drittijiet lill-individwi - Nuqqas’)

    (2009/C 19/44)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Nuova Agricast Srl (Cerignola, l-Italja); u Cofra Srl (Barletta, l-Italja) (rappreżentant: M.A. Calabrese, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-kumpens tad-danni li r-rikorrenti allegatament sofriet minħabba l-adozzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni tad-Deċiżjoni tat-12 ta' Lulju 2000 li tiddikjara bħala kompatibbli mas-suq komuni skema ta' għajnuna għal investimenti fir-reġjuni żvantaġġati tal-Italja [Għajnuna mill-Istat Nru N 715/99 — l-Italja (SG 2000 D/105754)] u minħabba l-aġir li l-Kummissjoni adottat matul il-proċedura li ppreċediet l-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Il-Kawżi T-362/05 u T-363/05 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

    2)

    Ir-rikorsi huma miċħuda

    3)

    Nuova Agricast Srl għandha tbati l-ispejjez tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni fil-Kawża T-362/05.

    4)

    Cofra Srl għandha tbati l-ispejjez tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni fil-Kawża T-363/05.


    (1)  ĠU C 296, 26.11.2005.


    Top