This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0543
Case C-543/08: Action brought on 4 December 2008 — Commission of the European Communities v Portuguese Republic
Kawża C-543/08: Rikors ippreżentat fl- 4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
Kawża C-543/08: Rikors ippreżentat fl- 4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
ĠU C 19, 24.1.2009, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/21 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-543/08)
(2009/C 19/40)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun, P. Guerra e Andrade u M. Teles Romão, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet
— |
tiddikjara li r-Repubblika Portugiża, billi żammet drittijiet speċjali tal-Istat f'EDP — Energias de Portugal, b'konnessjoni ma' ishma privileġġati (golden shares) tal-Istat, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 56 u 43 KE; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-memorandum u l-artikoli tal-assoċjazzjoni ta' EDP jistipulaw li kull sehem jiswa vot iżda li ma jittieħdux inkunsiderazzjoni l-voti li jesprimi azzjonista li jikkonċernaw l-ishma ordinarji li mhumiex proprjetà tal-Istat li jaqbżu 5 % tal-voti kollha li jikkorrispondu għall-kapital tal-kumpannija.
Skont il-liġi Portugiża, l-Istat għandu drittijiet speċjali f'EDP irrispettivament min-numru ta' ishma li tagħhom huwa proprjetarju. Dawn id-drittijiet speċjali huma, b'mod partikolari, id-dritt ta' veto fuq id-deliberazzjonijiet tal-assemblea ġenerali fir-rigward ta' emendi għall-memorandum u l-artikoli tal-assoċjazzjoni (inklużi deċiżjonijiet ta' żieda fil-kapital, ta' fużjoni, ta'ċessjoni u ta' stralċ), il-konklużjoni ta' kuntratti soċjali ta' koordinazzjoni u ta' subordinanza, u t-tneħħija jew il-limitazzjoni tad-dritt preferenzjali lill-azzjonisti fil-każ ta' żieda fil-kapital.
L-Istat għandu wkoll id-dritt speċjali li jaħtar amministratur meta jivvota kontra l-amministraturi proposti, meta dawn ikunu ġew approvati.
Il-Kummissjoni ssostni li kemm il-limitazzjoni tal-vot kif ukoll id-drittijiet speċjali jikkostitwixxu restrizzjoni għall-moviment tal-kapital u għal-libertà ta' stabbiliment. Dawn il-miżuri jikkostitwixxu ostakolu għall-investiment dirett f'EDP, ostakolu għall-investiment fil-portafoll u ostakolu għall-eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment.
Dawn id-drittijiet speċjali tal-Istat jikkostitwixxu miżuri tal-Istat ġaladarba l-ishma privileġġjati ma jkunux jirriżultaw minn applikazzjoni normali tal-liġi tal-kumpanniji.
Il-limitazzjoni tal-vot, fiċ-ċirkustanzi li ġiet fis-seħħ, tikkostitwixxi wkoll miżura tal-Istat.
L-imsemmija golden shares u l-limitazzjoni tal-vot ma jissodisfawx l-aspettattivi leġittimi ta' interess ġenerali, invokati mill-Istat Portugiż, dwar, b'mod partikolari, is-sigurtà pubblika, is-sigurtà tal-provvista u tal-għoti ta' servizz pubbliku.
F'kull każ, l-Istat Portugiż mhux qed josserva l-prinċipju ta' proporzjonalità ġaladarba l-miżuri inkwistjoni mhumiex adegwati sabiex jiggarantixxu t-twettiq tal-għanijiet imfittxija u jmorru lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet.