This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0505
Case C-505/08: Action brought on 19 November 2008 — Commission of the European Communities v Federal Republic of Germany
Kawża C-505/08: Rikors ippreżentat fid- 19 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Kawża C-505/08: Rikors ippreżentat fid- 19 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
ĠU C 19, 24.1.2009, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/19 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-505/08)
(2009/C 19/33)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u M. Adam, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Talbiet
— |
tikkonstata li, billi ma adottatatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (1) u, f'kull każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-20 ta' Ottubru 2007.
(1) ĠU L 255, p. 22.