EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0479

Kawża C-479/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (l-Italja) fis- 6 ta' Novembru 2008 — Dow Italia Divisione Commerciale srl vs Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare et

ĠU C 19, 24.1.2009, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (l-Italja) fis-6 ta' Novembru 2008 — Dow Italia Divisione Commerciale srl vs Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare et

(Kawża C-479/08)

(2009/C 19/25)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dow Italia Divisione Commerciale srl

Konvenut: Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare et

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju “min iniġġes iħallas” jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, b'mod partikulari, l-Artikolu 2050 tal-Kodiċi Ċivili, li fil-każ fejn diversi operaturi industrijali joperaw fl-istess sit imniġġes, jippermetti lill-Awtorità Pubblika li timponu fuqhom l-oneru tad-dekontaminazzjoni tas-sit ikkonċernat, mingħajr ma tivverifika individwalment u preċedentement ir-responsabbiltà rispettiva tagħhom għat-tniġġis jew, fi kwalunkwe każ, sempliċiment minħabba l-fatt li jippossjedu l-mezzi ta' produzzjoni, jinsabu f'sitwazzjoni li tobbligahom jassumu dan l-oneru u konsegwentement huma oġġettivament responsabbili għall-ħsara li joħolqu lill-ambjent, jew inkella, għandhom fi kwalunkwe każ, ikunu obbligati jirrijabilitaw iż-żona estiża madwar is-sit ikkonstatat bħala mniġġes, indipendentement minn jekk ikunux ikkawżaw it-tniġġis materjalment u mill-parti tar-responsabbiltà imputabbli lilhom?

2)

Skont il-prinċipju “min iniġġes iħallas”, l-Amministrazzjoni tista' teżiġi li l-ispejjeż għall-miżuri ta' sigurtà, dekontaminazzjoni u rijabilitazzjoni tal-ambjent jitħallsu mill-persuni stabbiliti fiż-żoni mniġġsa, mingħajr ma tkun aċċertata minn qabel l-eżistenza ta' rabta kawżali bejn l-attività tagħhom u t-tniġġis ikkonstatat?

3)

Skont il-prinċipju “min iniġġes iħallas” u l-prinċipju ta' proporzjonalità, jista' jiġi impost fuq il-persuni stabbiliti fiż-żoni mniġġsa, li jieħdu azzjoni li la hija direttament marbuta u lanqas proporzjonata mal-kontribuzzjoni individwali ta' kull waħda minnhom?

4)

Skont il-prinċipju “min iniġġes iħallas” u l-prinċipju ta' proporzjonalità, jistgħu jiġu imposti fuq persuni li ma kkontribixxewx għall-emissjoni tas-sustanzi li jniġġsu fl-ambjent, obbligi marbuta ma' miżuri ta' sigurtà, dekontaminazzjoni u rijabilitazzjoni tal-ambjent, kif ukoll l-ispejjeż u teħid ta' azzjoni li jkunu ekwivalenti, jekk mhux saħansitra identiċi, għal dawk imposti fuq il-persuni li, bil-kontra, ikunu fil-fatt ikkontribixxew għall-emissjoni tas-sustanzi li jniġġsu fl-ambjent?

5)

Skont il-prinċipju “min iniġġes iħallas” u l-prinċipju ta' proporzjonalità, l-Amministrazzjoni tista' timponi t-teħid ta' azzjoni, meta ma tkun saret l-ebda evalwazzjoni ta' kemm huma xierqa s-soluzzjonijiet imposti fid-dawl tas-sagrifiċċju tal-impriża kkonċernata, u li għalhekk tikkostitwixxi miżuri iktar onerużi jew li jmorru lil hinn minn dawk li huma strettament neċessarji sabiex jintlaħaq l-għan li l-Awtorità hija marbuta tilħaq?


Top