EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0437
Case C-437/08: Reference for a preliminary ruling from the Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Linz (Austria) lodged on 3 October 2008 — Österreichische Salinen AG v Finanzamt Linz
Kawża C-437/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Finanzsenat, Außenstelle Linz (l-Awstrija) fit- 3 ta' Ottubru 2008 — Österreichische Salinen AG vs Finanzamt Linz
Kawża C-437/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Finanzsenat, Außenstelle Linz (l-Awstrija) fit- 3 ta' Ottubru 2008 — Österreichische Salinen AG vs Finanzamt Linz
ĠU C 19, 24.1.2009, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Finanzsenat, Außenstelle Linz (l-Awstrija) fit-3 ta' Ottubru 2008 — Österreichische Salinen AG vs Finanzamt Linz
(Kawża C-437/08)
(2009/C 19/19)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Linz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Österreichische Salinen AG
Konvenut: Finanzamt Linz
Domandi preliminari
1) |
Id-dritt Komunitarju jipprekludi awtorità nazzjonali milli tuża l-metodu ta' imputazzjoni sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni kontra l-ishma f'kumpanniji barranin sa fejn, skont il-liġi, huma eżenti mit-taxxa biss meta jaqbżu l-livell ta' 25 % (attwalment, ta' 10 %), bil-kontra tal-ishma f'kumpanniji nazzjonali, peress li din il-konsegwenza tikkorrispondi l-aħjar, skont deċiżjoni tal-Verwaltungsgerichtshof (il-qorti amministrattiva tal-Awstrija), mar-rieda (ipotetika) tal-leġiżlatur, u jipprekludi li l-imsemmija awtorità fl-istess waqt tippermetti trasferiment tal-imputazzjoni għas-snin segwenti jew kreditu ta' taxxa għas-sena ta' telf fir-rigward, minn naħa, tat-taxxa fuq il-kumpanniji imputabbli u, min-naħa l-oħra, tat-taxxa f'ras il-għajn imputabbli? |
2) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, id-dritt Komunitarju jipprekludi r-rifjut ta' trasferiment tal-imputazzjoni jew ta' kreditu ta' taxxa fil-każ ta' dividendi li ġejjin minn pajjiż terz? |