Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CB0364

Kawża C-364/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Tmien Awla) tal- 24 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance d'Arlon — Il-Belġju) — Marc Vandermeir vs L-Istat Belġjan — SPF Finances (Artikolu 104(3), l-ewwel subparagrafu, tar-Regoli tal-Proċedura — Libertà ta' stabbiliment — Artikolu 43 KE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikolu 49 KE — Vetturi bil-mutur — Użu minn persuna residenti fi Stat Membru ta' vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor — Intaxxar ta' din il-vettura fl-ewwel Stat Membru)

ĠU C 19, 24.1.2009, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Tmien Awla) tal-24 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance d'Arlon — Il-Belġju) — Marc Vandermeir vs L-Istat Belġjan — SPF Finances

(Kawża C-364/08) (1)

(Artikolu 104(3), l-ewwel subparagrafu, tar-Regoli tal-Proċedura - Libertà ta' stabbiliment - Artikolu 43 KE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikolu 49 KE - Vetturi bil-mutur - Użu minn persuna residenti fi Stat Membru ta' vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor - Intaxxar ta' din il-vettura fl-ewwel Stat Membru)

(2009/C 19/17)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance ta' Arlon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marc Vandermeir

Konvenut: L-Istat Belġjan — SPF Finances

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance ta' Arlon (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43 u/jew 49 KE — Dispożizzjoni nazzjonali ta' Stat Membru li tobbliga lil ħaddiem li jaħdem għal rasu li jirresjedi f'dan l-Istat Membru sabiex jirreġistra hemmhekk il-vettura bil-mutur tiegħu li diġà hija rreġistrata fi Stat Membru ieħor li fih huwa jeżerċita l-attività professjonali tiegħu għal rasu — Ostakolu għal-libertà tal-istabbiliment u/jew li jiġu pprovduti servizzi.

Dispożittiv

L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali ta' Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teħtieġ li ħaddiem li jaħdem għal rasu li jirrisjedi f'dan l-Istat Membru jirreġistra hemmhekk vettura meħuda b'leasing minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, meta din il-vettura la hija intiża li tiġi użata essenzjalment fl-ewwel Stat Membru b'mod permanenti u lanqas, fil-fatt, ma hija użata b'dan il-mod.


(1)  ĠU C 260, 11.1.2008.


Top