EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0113

Kawża C-113/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/49/KE — Impriżi ta' investiment u istituzzzjonijiet ta' kreditu — Suffiċjenza tal-kapital — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

ĠU C 19, 24.1.2009, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Spanja

(Kawża C-113/08) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/49/KE - Impriżi ta' investiment u istituzzzjonijiet ta' kreditu - Suffiċjenza tal-kapital - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2009/C 19/15)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M.-A. Rabanal Suárez u P. Dejmek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' Spanja (rappreżentant: B. Plaza Cruz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/49/KE, tal-14 ta' Ġunju 2006, dwar is-suffiċjenza tal-kapital tal-impriżi ta' investiment u tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (riformulazzjoni) (ĠU L 177, p. 201)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/49/KE tal-14 ta' Ġunju 2006, dwar is-suffiċjenza tal-kapital tal-impriżi ta' investiment u tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (riformulazzjoni), u b'mod partikolari mal-Artikoli 17, 22 sa 25, 30, 33, 35, 40, 41, 43, 44 u 50 tagħha, kif ukoll mal-Annessi I, II u VII, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 116, 9.5.2008.


Top