Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0247

Kawża C-247/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2003/35/KE — Tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent — Parteċipazzjoni pubblika — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)

ĠU C 19, 24.1.2009, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

(Kawża C-247/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/35/KE - Tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent - Parteċipazzjoni pubblika - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)

(2009/C 19/05)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Konstantinidis u D. Lawunmi, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentant: V. Jackson, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent, u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU L 156, p. 17)

Dispożittiv

1)

Billi naqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent, u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007.


Top