Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0221

    Kawża C-221/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal- 4 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sozialgericht Stuttgart — Il-Ġermanja) — Krystyna Zablocka-Weyhermüller vs Land Baden-Württemberg (Benefiċċji mogħtija lill-konjuġi superstiti ta' vittmi tal-gwerra — Kundizzjoni ta' residenza fit-territorju nazzjonali — Artikolu 18(1) KE)

    ĠU C 19, 24.1.2009, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 19/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sozialgericht Stuttgart — Il-Ġermanja) — Krystyna Zablocka-Weyhermüller vs Land Baden-Württemberg

    (Kawża C-221/07) (1)

    (Benefiċċji mogħtija lill-konjuġi superstiti ta' vittmi tal-gwerra - Kundizzjoni ta' residenza fit-territorju nazzjonali - Artikolu 18(1) KE)

    (2009/C 19/04)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Sozialgericht Stuttgart

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Krystyna Zablocka-Weyhermüller

    Konvenut: Land Baden-Württemberg

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Sozialgericht Stuttgart — Kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jillimitaw l-esportabbiltà tal-benefiċċji għall-konjuġi superstiti ta' vittmi tal-gwerra (Hinterbliebenenversorgung)

    Dispożittiv

    L-Artikolu 18(1) KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li permezz tagħha dan tal-aħħar jirrifjuta li jħallas ċerti benefiċċji mogħtija lill-konjuġi superstiti ta' vittmi tal-gwerra sempliċement minħabba l-fatt li dawn ikunu jirrisjedu fit-territorju ta' ċerti Stati Membri partikolari.


    (1)  ĠU C 183, 4.8.2007.


    Top