Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0084

    Kawża C-84/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/51/KEE — Rikonoxximent ta' diplomi — Studji mwettqa f' Ċentru ta' studji Liberi li mhuwiex rikonoxxut bħala stabbiliment ta' tagħlim mill-Istat Membru ospitanti — Ottiku)

    ĠU C 19, 24.1.2009, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 19/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-84/07) (1)

    (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/51/KEE - Rikonoxximent ta' diplomi - Studji mwettqa f'“Ċentru ta' studji Liberi’ li mhuwiex rikonoxxut bħala stabbiliment ta' tagħlim mill-Istat Membru ospitanti - Ottiku)

    (2009/C 19/02)

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Zavvos u H. Støvlbæk, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 3, 4(1)(b) u 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992, dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplimenta d-Direttiva 89/48/KEE (ĠU L 209, p. 25).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-Repubblika Ellenika,

    billi naqqset milli tagħraf id-diplomi ta' ottiku mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti Taljani wara li taħriġ mogħti fil-kuntest ta' ftehim skont liema taħriġ mogħti fil-Greċja minn entità privata huwa rikonoxxut minn dawn l-awtoritajiet;

    billi tissuġġetta l-eżami tal-applikazzjoni għal rikonoxximent ta; diplomi Taljani ta' ottiku għall-ikkomunikar, mingħand l-awtoritajiet Taljani, tar-risposta għal ħames domandi li l-awtoritajiet Elleniċi indirizzawlhom preċedentement, u

    billi ma ħallietx l-għażla bejn perijodu ta' adattament u li jittieħed test għall-kapaċità lill-applikanti li ressqu applikazzjonijiet għal rikonoxximent ta' diplomi Taljani ta' ottiku qabel id-dħul fis-seħħ tal-liġi 2916/2001 dwar l-istruttura tal-edukazzjoni universitarja jew simili u għall-irregolar ta' kwistjonijiet dwar is-settur teknoloġiku ta' dan it-tagħlim,

    naqqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 3, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 4(1)(b) u l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992, dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplimenta d-Direttiva 89/48/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2001.

    2)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


    Top