EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/322/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5394 — Mauser Holding International/Reyde/JV) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 322, 17.12.2008, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 322/25


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5394 — Mauser Holding International/Reyde/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 322/11)

1.

Fil-5 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Mauser Holding International GmbH (“Mauser Holding International”, il-Ġermanja) (entità li hi parti tal-Mauser Group u kkontrollata minn Dubai Holding) u Reyde, S.A (“Reyde”, Spanja) (entità li hi parti mill-Group Armando Álvarez) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta' kumpanija ġdida li tikkostituwixxi proġett konġunt tal-impriża Mauser Reyde Iberica, S.L (Spanja) permezz ta' xiri ta' ishma. Permess ta' trasferiment tal-assi, Reyde takkwista l-kontroll uniku fuq n-negozju Spanjol tal-ippakkjar tal-plastik non-IBC tas-sit ta' Coursan ta' Mauser fin-naħa ta' Isfel ta' Franza.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Mauser: il-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti għall-ippakjar industrijali riġidu,

għal Reyde Iberica: il-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti għall-ippakjar industrijali riġidu,

għal Mauser Reyde Iberica: il-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti għall-ippakjar industrijali riġidu.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-transazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5394 — Mauser Holding International/Reyde/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top