Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FA0135

    Kawża F-135/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal- 11 ta' Settembru 2008 — Smadja vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Ħatra — Klassifikazzjoni fi skala — Ħatra mill-ġdid tar-rikorrent fl-istess pożizzjoni wara l-annullament tal-ewwel ħatra tagħha minn sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza — Prinċipju ta' proporzjonalità — Prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Obbligu tal-premura)

    ĠU C 313, 6.12.2008, p. 58–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 313/58


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta' Settembru 2008 — Smadja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-135/07) (1)

    (Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Ħatra - Klassifikazzjoni fi skala - Ħatra mill-ġdid tar-rikorrent fl-istess pożizzjoni wara l-annullament tal-ewwel ħatra tagħha minn sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Prinċipju ta' proporzjonalità - Prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Obbligu tal-premura)

    (2008/C 313/106)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Daniele Smadja (New Delhi, l-Indja) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewroepj (rappreżentanti: D. Martin u K. Hermann, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, li taħtar lir-rikorrenti, uffiċjal inizjalment ikklassifikat fil-grad A*15, skala 4, safejn din tiffissa l-klassifikazzjoni tagħha fil-Grad A*15, skala 1, wara l-ħatra mill-ġdid tagħha għall-pożizzjoni ta' Direttur tad-Direttorat RELEX.B, wara l-annullament tal-ewwel ħatra tagħha u, min-naħa l-oħra, talba għal dannu morali u materjali.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tal-21 ta' Diċembru 2006, li tiffissa l-klassifikazzjoni ta' Smadja fil-grad A*15, skala 1, b'anzjanità fl-iskala għall-1 ta' Novembru 2005, hija annullata.

    2)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż kollha.


    (1)  ĠU C 37, 9.2.2008, p. 35.


    Top