Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0445

    Kawża T-445/08: Rikors ippreżentat fid- 29 ta' Settembru 2008 — FIFA vs UASI — Ferrero (GERMANY 2006)

    ĠU C 313, 6.12.2008, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 313/50


    Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — FIFA vs UASI — Ferrero (GERMANY 2006)

    (Kawża T-445/08)

    (2008/C 313/89)

    Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Fédération Internationale de Football Association (FIFA) (Zurich, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: D. Alexander QC, A. Barav, Barrister, R. Buchel u C. Rassmann, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferrero OHG mbH (Stadtallendorf, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla, kompletament jew parzjalment, id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ġunju 2008 fil-Każ R 1467/2005-1; u

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali “GERMANY 2006” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 15, 16, 18, 19, 20, 21, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41 u 42 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 153 005

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni

    Motivi invokati: (i) Ksur tal-Artikoli 73 u 74(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 safejn il-Bord tal-Appell ibbaża d-deċiżjoni tiegħu, prinċipalment, fuq l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, dispożizzjoni li la kienet invokata mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, u li lanqas id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni ma bbażat ruħha fuqha; (ii) Sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkunsidra t-trade mark Komunitarja rrreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità fit-totalità tagħha, mill-perspettiva tal-konsumatur medju u milli japplika l-liġi relevanti dwar l-evalwazzjoni tad-deskrizzjoni tal-prodotti u/jew servizzi li saret applikazzjoni għalihom; u (iii) Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li t-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità ma kellhiex il-karattru distintiv neċessarju; u (iv) Ksur tal-Artikoli 7(3) u 51(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li t-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità ma kinitx kisbet karattru distintiv għal servizzi fil-klassi 41 u għall-prodotti kollha li huma suġġetti għall-bejgħ.


    Top