Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0420

    Kawża T-420/08: Rikors ippreżentat fid- 29 ta Settembru 2008 — SAZAS vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 313, 6.12.2008, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 313/42


    Rikors ippreżentat fid-29 ta Settembru 2008 — SAZAS vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-420/08)

    (2008/C 313/77)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Združenje skladateljev, avtorjev in založnikov za zaščito avtorskih pravic Slovenije (Sazas) (Trzin, l-Islovenja) (rappreżentant: M. Favart, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedimenti skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/C2/38698 — CISAC); u

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 230 KE, l-annullament tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża COMP/C2/38.698 — CISAC) billi tallega li 24 minn fost is-soċjetajiet ta' CISAC (1) ibbażati fiż-ŻEE, inkluża r-rikorrenti, ħadu sehem fi prattika miftiehma “billi kkordinaw id-deskrizzjoni territorjali tal-mandati rappreżentattivi reċiproċi mogħtija lil xulxin b'mod li jillimita l-liċenzja għat-territorju domestiku ta' kull soċjeta għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur (collecting society).”

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili jew identiċi għal dawk imqajma fil-Kawża T-413/08.


    (1)  Tirreferi għall-Konfederazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tal-Awturi u tal-Kompożituri (“CISAC”).


    Top