Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0414

    Kawża T-414/08: Rikors ippreżentat fid- 29 ta' Settembru 2008 — AKKA/LAA vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 313, 6.12.2008, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 313/39


    Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — AKKA/LAA vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-414/08)

    (2008/C 313/71)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Autortiesību un komunicēšanās konsultāciju aģentūra/Latvijas Autoru apvienība (AKKA/LAA) (Riga, Latvja) (rappreżentanti: M. Favart, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38698 — CISAC); u

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 230 KE, l-annullament tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38698 — CISAC) li jallega li 24 mill-assoċjazzjonijiet tas-CISAC (1) stabbiliti fiż-ŻEE, inkluża r-rikorrenti, ħadu sehem fi prattika miftiehma “billi kkordinaw id-definizzjonijiet territorjali tal-ftehim ta' rappreżentanza reċiproka mogħtija lil xulxin b'mod li liċenzja tiġi limitata għat-territorju domestiku ta' kull collecting society.”

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili jew identiċi għal dawk imqajmin fil-Kawża T-413/08.


    (1)  Tirreferi għall-Konfederazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet ta' Awturi u Kompożituri (“CISAC”).


    Top