Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0405

    Kawża T-405/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 15 ta' Ottubru 2008 — Powerserv Personalservice vs UASI — Manpower (MANPOWER) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' invalidità — Trade mark Komunitarja verbali MANPOWER — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Emenda parzjali — Karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(1)(ċ), Artikolu 51(1) u (2), u Artikolu 63(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

    ĠU C 313, 6.12.2008, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 313/28


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Powerserv Personalservice vs UASI — Manpower (MANPOWER)

    (Kawża T-405/05) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali MANPOWER - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Emenda parzjali - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(1)(ċ), Artikolu 51(1) u (2), u Artikolu 63(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

    (2008/C 313/49)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Powerserv Personalservice GmbH, li qabel kienet Manpower Personalservice GmbH (Sankt Pölten, l-Awstrija) (rappreżentant: B. Kuchar, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

    Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Manpower, Inc. (Milwaukee, Wisconsin, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: l-ewwel R. Moscona, solicitor, wara R. Moscona u A. Bryson, barrister, u fl-ahhar nett A. Bryson u V. Marsland, solicitor)

    Suġġett

    Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta' Lulju 2005 (Każ R 499/2004–4), dwar dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja MANPOWER Nru 76059.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta' Lulju 2005 (Każ R 499/2004-4), dwar dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja MANPOWER Nru 76059, hija emendata fis-sens li din it-trade mark mhijiex deskrittiva tal-prodotti u tas-servizzi li għalihom hija kienet ġiet irreġistrata fl-Olanda, fl-Iżvezja, fil-Finlandja u fid-Danimarka. Id-dispożittiv ta' din id-deċiżjoni huwa miżmum.

    2)

    It-talba ta' Manpower Inc., intiża għall-emenda tad-deċiżjoni msemmija iktar 'il fuq tal-Bord tal-Appell hija miċħuda għall-bqija.

    3)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    4)

    Powerserv Personalservice GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 22, 28.1.2006.


    Top