EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0410

Kawża C-410/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fit- 22 ta' Settembru 2008 — Swiss Caps AG vs Hauptzollamt Singen

ĠU C 313, 6.12.2008, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fit-22 ta' Settembru 2008 — Swiss Caps AG vs Hauptzollamt Singen

(Kawża C-410/08)

(2008/C 313/20)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Swiss Caps AG

Konvenuta: Hauptzollamt Singen

Domandi preliminari

1)

L-intestatura 1517 tan-nomenklatura magħquda (Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987 — Nomenklatura magħquda (NM)) (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li preparazzjonijiet kkostitwiti biss minn żejt jew xaħam — konċentrat — biż-żieda unika tal-vitamina E u li, għall-bqija, ma ġewx suġġetti għal trattament, għandhom jiġu kklassifikati taħt din l-intestatura?

2)

Fil-każ ta' risposta pożittiva għall-ewwel domanda:

L-intestatura 1517 tan-nomenklatura magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li ż-żieda ta' vitamina E konċentrata (konċentrat ta' d-alpha-tocophérol) fl-ammont ta' 22,8 mg għal kull 600 mg ta' żejt tal-ħuta konċentrat (Incromega EPA SR 500 TG) iwassal għall-esklużjoni tal-prodott minn din l-intestatura?

3)

Fil-każ ta' risposta pożittiva għall-ewwel domanda u ta' risposta negattiva għat-tieni domanda:

Il-punt 5 tar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kapsuli tal-pilloli magħmula minn 212,8 mg ta' ġelatina, 77,7 mg ta' gliċerina u 159,6 mg ta' ilma msoffi u li fihom is-sustanza użata bħala supplement għad-dieta għandhom jiġu kkunsidrati bħala imballaġġ?

4)

Fil-każ ta' risposta negattiva għat-tielet domanda:

L-intestatura 1517 tan-nomenklatura magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kapsuli tal-pilloli magħmula minn 212,8 mg ta' ġelatina, 77,7 mg ta' gliċerina u 159,6 mg ta' ilma msoffi jwasslu għall-esklużjoni minn din l-intestatura tal-kapsuli deskritti iktar 'il fuq?


(1)  ĠU L 256, p. 1.


Top