Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0527

    Kawża C-527/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — R.H.H. Renneberg vs Staatssecretaris van Financiën (Moviment liberu tal-ħaddiema — Artikolu 39 KE — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq id-dħul — Determinazzjoni tal-bażi taxxabbli — Ċittadin ta' Stat Membru li jirċievi d-dħul kollu jew kważi kollu taxxabbli tiegħu ġewwa dan l-Istat Membru — Residenza fi Stat Membru ieħor)

    ĠU C 313, 6.12.2008, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 313/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — R.H.H. Renneberg vs Staatssecretaris van Financiën

    (Kawża C-527/06) (1)

    (Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 39 KE - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq id-dħul - Determinazzjoni tal-bażi taxxabbli - Ċittadin ta' Stat Membru li jirċievi d-dħul kollu jew kważi kollu taxxabbli tiegħu ġewwa dan l-Istat Membru - Residenza fi Stat Membru ieħor)

    (2008/C 313/06)

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: R.H.H. Renneberg

    Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 39 u 56 KE — Determinazzjoni tal-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq id-dħul — Ċittadin ta' Stat Membru li jirċievi d-dħul kollu tiegħu f'dan l-Istat Membru iżda li jirresjedi fi Stat Membru ieħor — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix it-tnaqqis tat-telf ta' dħul relatati ma' dar li tinsab fi Stat Membru ieħor.

    Dispożittiv

    L-Artikolu 39 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tgħid li ċittadin Komunitarju, mhux residenti fl-Istat Membru li fih huwa jirċievi dħul li jikkostitwixxi t-totalità jew kważi t-totalità tar-riżorsi taxxabbli tiegħu ma jistax, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa ta' dan id-dħul f'dan l-Istat Membru, jinvoka dħul negattiv relatat ma' dar li tintuża bħala abitazzjoni u li tinsab fi Stat Membru ieħor, u li tagħha huwa proprjetarju, filwaqt li resident ta' l-ewwel Stat Membru jista' jinvoka dan id-dħul negattiv għad-determinazzjoni tal-bażi ta' taxxa tad-dħul tiegħu.


    (1)  ĠU C 56, 10.3.2007.


    Top